Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!
Dan il-ktejjeb hu stampat biex igħinek tkun taf min ħalaq l-art u l-affarijiet kollha taʼ fuqha. Int se titgħallem li Alla, li għamel l-art, għandu isem. Hawn se nfissru wkoll għala Alla għamel lill-bniedem u kif int tistaʼ tgawdi l-ħajja fuq l-art għal dejjem.
Aħna nittamaw li l-ħafna stampi se jgħinuk biex ikollok dehra aħjar taʼ dawn l-affarijiet. Biex tikseb l-akbar benefiċċju, għandek taqra t-testi tal-Bibbja ċċitati ħdejn il-biċċa l-kbira tal-istampi. B’dan il-mod, int se tkun qrajt għalik innifsek xi wħud mill-wegħdiet sbieħ t’Alla li hemm fil-Bibbja u x’igħid Alla li għandek tagħmel int biex tirċievi t-twettieq taʼ dawk il-wegħdiet.
Tistaʼ anki forsi tuża dan il-ktejjeb biex tgħin lil ħaddieħor. Jekk għandek it-tfal, int tistaʼ tużah biex tgħinhom jitgħallmu dwar Alla. Jekk tgħix f’post fejn hemm ħafna nies li ma jafux jaqraw, int tistaʼ tuża l-istampi biex tgħinhom jifhmu l-iskopijiet t’Alla biex huma, mill-banda l-oħra, jkunu jistgħu jgħinu lil għajrhom.
Sinċerament nittamaw li billi tistudja din l-informazzjoni se tinfetaħ għalik it-triq biex tirċievi ħafna barkiet, u anke biex int turi lil oħrajn kif tistaʼ tgħix għal dejjem hawn fuq l-art.