Alla Jeqred Dinja Ħażina
18 Nisel Adam żdied ħafna. Huma wkoll saru ħżiena ferm. Alla ddeċieda li jeqridhom.—Ġenesi 6:1, 5, 7
19 Iżda kien hemm raġel tajjeb jismu Noè.—Ġenesi 6:8, 9
Alla Jehovah qallu biex jibni bastiment kbir li fih kellhom jiġu salvati hu u l-familja tiegħu meta jkunu qed jinqerdu n-nies il-ħżiena. Dan il-bastiment kien forma taʼ kaxxa kbira. Kien jissejjaħ arka.—Ġenesi 6:13, 14
20 Huma ħadu ħafna annimali ġewwa l-arka.—Ġenesi 6:19-21
21 Jehovah ġiegħel li tinżel xita qalila ħafna. In-nies ħżiena kollha mietu. Dawk fl-arka ġew salvati. Taf int għala?—Ġenesi 6:17; 7:11, 12, 21; 1 Pietru 3:10-12