Għanja 66
Il-Qawwa tal-Qalb Tajba
1. Niżżu ħajr ’l Alla għandna lkoll
Għax f’qalb tajba kotran
Lejna l-bnedmin li ma ħaqqniex,
Bħalma jaf kull Kristjan.
Għalkemm hu qawwi w ferm setgħan
Hu juri lejna tħassib kbir,
Tant li l-ħniena tiegħu tqanqal
Biex nobduh f’kull aġir.
2. Waqt li Ġesù għallem kuljum,
Hu kien t’eżempju kbir:
B’qalb tajba mexa maʼ kulħadd,
Kemm l-għani w anki l-fqir.
B’tagħlim ġentili u maħbub
Hu farraġ sew lill-imnikktin,
Ħajjar lill-midinbin jindmu
Biex jiġu maħfurin.
3. Il-qalb tajba qiegħd’ hemm mal-frott
Li l-Bibbja tgħid li jrid
Irawwem dejjem kull Kristjan
Biex jogħġob ’l Alla s-Sid.
Meta jħawduk problemi kbar
Taʼ spiss li inti tistaʼ ssib
Li s-soluzzjoni qiegħda f’li
Ruħek b’qalb tajba ġġib.
4. Kemm ġid nistgħu nagħmlu ilkoll
Jekk aħna napprezzaw
Li l-qalb tajba Kristjana hi
Qawwa biex nedukaw.
Tajba mhux għal min jieħu biss,
Imma għal min jagħti ukoll.
Il-ħniena ġġib ’l Alla tifħir
Għax bih ngħixu ilkoll.