Għanja 83
Ir-Raġuni taʼ Sijon biex Tifraħ
1. Jehovah ġens ġdid ħoloq;
Fi żmienna sar twelid
Taʼ “art” li ngħatat ħajja
Biex minnha joħroġ ġid.
Jehovah minn ġo Sijon
F’daqqa welled ġens ġdid
B’ħafna ulied li jxandru
Lil ismu bla tregħid.
(Kor)
2. Meta dal-ġens kien twieled
Ferħ kbir tal-għaġeb ġieb.
Jaqdi għall-ġid tas-Saltna
U tan-ngħaġ jieħu ħsieb.
Iva, l-ulied taʼ Sijon
Jobdu taʼ Alla l-kliem
U jxandru w jgħallmu b’żelu;
Jibqgħu jaħdmu sat-tmiem.
(Kor)
3. L-għan taʼ Jehovah huwa
Li jheżheż sew lill-ġnus
Biex l-aħjar minn ġo nofshom
Jissieħbu mal-Għarus.
Hu privileġġ li jġibu
Fama għal ismu l-kbir
U jmilu lkoll quddiemu,
Flimkien jagħtuh tifħir.
(KOR)
Nifirħu lkoll maʼ Sijon tas-smewwiet!
Li maħbuba ferm minn Jehovah ġiet!
Uliedha fl-art iservu taʼ sinjal
U lil Jehovah jobdu f’dak li qal. qal.