Għanja 116
“Tridu Tgħinu lil Dawk li Huma Dgħajfin”
1. Ħafna huma d-djufijiet
Illi għandna lkoll.
Biss Jehovah fis-smewwiet
Xorta jħobbna wkoll.
Alla hu tant ħanin
Magħna l-bnedmin dgħajfin.
Imħabbtu ej’ nimitaw
Ngħinu ’l imsejknin.
2. Flok ma dlonk nikkundannaw
Lil uħud dgħajfin,
Niftakru li ġid naraw
Jekk qlubna tajbin.
Bil-għaqal mel’ ejjew
Inqawwu l-qlub tassew.
Jekk nagħtuhom appoġġ sħiħ
Żgur li jistagħnew.
3. ‘Min hu dgħajjef w jien m’iniex?’
Kliem Pawlu naqraw.
Nħossu bħalhom ejjew biex
Nissimpatizzaw.
Kulmin hu b’saħħtu jrid
Liż-żgħir jagħmel il-ġid.
B’demm Ġesù lkoll mixtrijin
Biex jgħixu mill-ġdid.
4. Li għandna ngħinu d-dgħajfin,
Fil-Bibbja hu ċar.
Ngħinu rridu b’mod ġenwin
B’xogħ’lna mill-aħjar.
La minn Alla ġejjin,
Nagħmluhom qawwijin.
Jekk lid-dgħajfin ngħinu sew,
Aħna ferħanin.