Għanja 139
Ismaʼ mill-Aħbar tas-Saltna
1. O ismaʼ int illum lil tas-Saltna l-aħbar
U ’l Ġesù jistqarr: “Fuq l-art naħkem ċar.
Dalwaqt neqred lill-egħdewwa tagħkom mill-agħ’r;
Mel’ aħrab int mid-dinja u toqgħodx tkarkar.”
(Kor)
2. Jehovah, permezz tax-Xhieda tiegħu, jgħid din:
“Intom il-ġwejdin, Kunu ferħanin.
Dalwaqt Kristu s-Sultan qawwa juri fil-ħin,
Jeqred l-uġigħ u n-niket minn fost il-bnedmin.”
(Kor)
3. Dawk kollha li jisimgħu henjin ferm f’daż-żmien
U jgħidu flimkien: “’L Alla nobdi jien.”
Għax Alla jsalva ’l dawk li jħobbuh kullimkien
U jfittxu s-Saltna l-ewwel, jaqduh b’mod qalbien.
(Kor)
Ħalli l-ħżiena tal-ħażen jerħu t-triq,
U dawk li jħassru ħa jbiddlu l-ħsibijiet.
Jerġgħu ilkoll lejn Alla jduru għax
Hu ferm ħanin, jaħfer il-ħtijiet.