Għanja 147
Teżori li Ma Jfallu Qatt
1. Missierna tas-sema lilek niżżi ħajr
Li għentni is-sewwa insib.
Privileġġ kbir li jien tas-Saltna xandâr
U naf li hi veru fil-qrib.
2. Tiegħek l-imħabba, l-għerf, il-qawwa u l-ħaqq
Ġo qalbi iqanqlu serħan.
Li għandi lil Ġesù Ibnek Salvatur
Tassew li jagħmilni ferħan.
3. Li nkun ħabib miegħek hi barka tassew.
X’hemm iktar li qatt jien irrid?
Fil-ħniena bl-imħabba sliem tagħti lill-moħħ
U timlini int ferm bil-ġid.
4. Għandi tassew jien għalfejn nirringrazzjak;
Dejjem iseħħ kliemek eżatt.
Fuq kulmin int tħobb barkiet kbar tferraʼ tmur;
Teżori li ma jfallu qatt.