Għanja 168
Nirrikonoxxu lis-Sultan il-Ġdid tal-Art
1. Ara fil-bogħ’d fit-tul tal-art
Did-dehra ’l qalbi ssaħħar
—Jehovah għandu grupp gwerrier
Magħqud jaqdih sal-aħħar.
Bl-elmu ilellex mas-smewwiet,
Jeħduha kontra id-dnubiet
U jgħajtu l-għajta tal-għajtiet:
“Lil Kristu s-Sultan faħħar!”
(Kor)
2. S-Sultan Ġesù Kristu l-Mexxej;
Tiegħu jsegwu t-tmexxija.
Hu jgħid il-kmand u hekk isir;
Xejn dwejjaq mistennija.
Iħaddmu s-sejf, taʼ Alla l-Kliem,
B’riġlejhom bl-aħbar fuq quddiem.
Isegwu s-Sid dejjem sat-tmiem;
Warajh hum’ għalenija.
(Kor)
3. Għax, ara, ż-żmien sa fl-aħħar ġie
Għal Kristu biex isaltan.
Dalwaqt l-egħdewwa jduqu t-trab;
Quddiemu ħadd jitmasħan.
Alla Jehovah lilu radd
Id-dritt li jwissi lil kulħadd.
Ħakkiema, tagħmlu ħsara qatt;
Imħallfin, b’deh’n agħrfuh dan.
(KOR)
Bus lill-Iben li ma jagħdabx
Alla w int tgħib bla ma ddum.
Henjin huma dawk li jafdaw
fih qegħdin illum!