Għanja 216
“Ħa Jkollkom Affezzjoni Tenera”
1. Xi ħlewwa taʼ mħabba Jehovah qed jurihom
Lil dawk li jfittxuh b’mod pur!
Bil-ħniena u t-tjieba, bil-ferħ qiegħed jimliehom;
Ġo fih isibu serħan fiż-żgur.
2. B’imħabba tal-aħwa ħa nuru l-affezzjoni
Waqt li f’dar Alla naqduh.
Trid tagħna l-kondotta tiegħu tkun riflessjoni,
Fis-sliem u l-għaqda nkomplu nfaħħruh.
3. Kemm għandna, ladarba qegħdin f’għaqda Kristjana,
Ikollna mħabb’ għal kulħadd.
Ġieh nagħtu, b’rispett nieħdu ħsieb lill-aħwa tagħna;
B’hekk qatt ma nweġġgħu b’xi mod lil ħadd.
4. Għall-ħlewwa taʼ mħabba dlonk nagħtu attenzjoni,
Kif għallimna sew Ġesù, B’qalb tajba,
b’imħabba, b’tenerezza w affezzjoni.
X’ferħ kbir hekk kif lilna jeħles hu.