Qoxra taʼ Wara
L-FAMILJA hija l-eqdem istituzzjoni umana magħrufa, imma llum tinsab fl-inkwiet. Iż-żjieda qawwija u tal-biżaʼ f’dawk li huma abbuż tad-drogi miż-żgħażagħ u immoralità, is-saħta moderna tad-divorzji u l-vjolenza fil-familja, it-tkabbir splużiv fl-għadd taʼ familji b’ġenitur wieħed, u problemi serji oħrajn iġagħlu lil xi wħud jiddubitaw jekk il-ħajja tal-familja hix se tibqaʼ teżisti.
Għadu possibbli li familja tkun ambjent stabbli taʼ manteniment għall-membri tagħha? Iva, jekk il-membri tal-familja jafu s-sigriet veru taʼ l-hena fil-familja. Dan is-sigriet m’huwiex mistur. Ġie pprovat u ttestjat fuq medda taʼ ħafna u ħafna sekli. X’inhu s-sigriet? Dan il-ktieb, Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja, jagħti t-tweġiba. Jagħti wkoll eżempji prattiċi dwar kif dan is-“sigriet” jistaʼ jgħin biex isolvi għadd taʼ sitwazzjonijiet sfidanti fil-familja. Hawn xi ħadd illum li m’għandux bżonnha din l-informazzjoni?