Tixtieq Tkun Taf Iżjed?
Dan il-browxer jippreżenta l-messaġġ li hemm fil-Bibbja b’mod eċċitanti u fil-qosor. Madankollu, dan is-sommarju mhux qiegħed biex jispjega fid-dettall dak li tgħallem il-Bibbja fuq kull suġġett.
Pereżempju, forsi tixtieq tkun taf it-tweġibiet tal-Bibbja għal mistoqsijiet bħal dawn: Veru li Alla jimpurtah minni bħala individwu? X’jiġrilna meta mmutu? Kif nistaʼ nsib ferħ f’ħajti?
It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u mistoqsijiet interessanti oħrajn jistgħu jinstabu fil-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Dan il-ktieb hu mfassal biex il-Bibbja tiġi studjata suġġett suġġett. Dan il-metodu taʼ studju jiġbor flimkien versi mill-Bibbja li jittrattaw suġġett partikulari. Tistaʼ titlob kopja taʼ dan il-ktieb billi timla l-kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-indirizz xieraq imniżżel hawn taħt.
❏ Nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
❏ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.