LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jl lezzjoni 11
  • Għala Nattendu Assembleat Kbar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Nattendu Assembleat Kbar?
  • Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Materjal Simili
  • Laqgħat li jqanqlu “għall-imħabba u l-għemejjel tajbin”
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
jl lezzjoni 11

LEZZJONI 11

Għala Nattendu Assembleat Kbar?

Konvenzjoni reġjonali tax-Xhieda taʼ Ġeħova fil-Messiku

Il-Messiku

Toħroġ pubblikazzjoni ġdida f’konvenzjoni reġjonali fil-Ġermanja

Il-Ġermanja

Xhieda taʼ Ġeħova f’konvenzjoni reġjonali fil-Botswana

Il-Botswana

Żagħżugħ jitgħammed fin-Nikaragwa

In-Nikaragwa

Drama bil-kostum f’konvenzjoni reġjonali fl-Italja

L-Italja

Dawn in-​nies għala jidhru daqshekk ferħanin? Qed jattendu waħda mill-​assembleat tagħna. Bħall-​qaddejja t’Alla tal-​passat, li kienu istruwiti biex jingħaqdu tliet darbiet fis-​sena, aħna nħarsu ’l quddiem biex niltaqgħu fi gruppi akbar. (Dewteronomju 16:16) Kull sena jkollna tliet okkażjonijiet: żewġ assembleat taʼ ġurnata u konvenzjoni reġjonali li ddum tlett ijiem. Kif nibbenefikaw minn dawn il-​laqgħat?

Isaħħulna l-​fratellanza Kristjana tagħna. Bħalma l-​Iżraelin ferħu f’li jfaħħru lil Ġeħova “fost il-​qtajjaʼ miġburin,” hekk ukoll aħna nieħdu pjaċir inqimuh flimkien f’okkażjonijiet speċjali. (Salm 26:12; 111:1) Dawn il-​laqgħat joħolqu opportunità biex niltaqgħu u nassoċjaw maʼ Xhieda minn kongregazzjonijiet oħrajn jew saħansitra minn pajjiżi barranin. F’nofsinhar, nieħdu pjaċir nieklu flimkien fil-​post fejn tkun qed tinżamm l-​assemblea, u dan iżid mal-​atmosfera ferriħija taʼ dawn l-​okkażjonijiet spiritwali. (Atti 2:42) F’dawn l-​assembleat kbar naraw b’għajnejna stess l-​imħabba li tgħaqqad lill-​“fratellanza kollha” tagħna madwar id-​dinja.—1 Pietru 2:17.

Jgħinuna nagħmlu progress spiritwali. L-​Iżraelin ibbenefikaw ukoll billi ‘kienu fehmu l-​kliem’ tal-​Iskrittura li kien spjegat lilhom. (Neħemija 8:8, 12) Aħna wkoll napprezzaw l-​istruzzjonijiet tal-​Bibbja li nirċievu waqt l-​assembleat tagħna. Kull programm huwa bbażat fuq tema Skritturali. Permezz taʼ taħditiet interessanti u reċti żgħar, nitgħallmu kif nagħmlu r-​rieda t’Alla f’ħajjitna. Niġu inkuraġġiti meta nisimgħu l-​esperjenzi taʼ dawk li b’suċċess qed ikampaw mal-​isfida taʼ li jgħixu bħala Kristjani f’dawn iż-​żminijiet diffiċli. F’konvenzjonijiet reġjonali, reċti bil-​kostum jagħmlu r-​rakkonti Bibliċi iktar reali għalina u jgħallmuna lezzjonijiet prattiċi. F’kull assemblea jkun hemm magħmudija għal dawk li jridu jissimbolizzaw id-​dedikazzjoni tagħhom lil Alla.

  • L-​assembleat għala huma okkażjonijiet taʼ ferħ?

  • Kif tistaʼ tibbenefika jekk tattendi assemblea?

SIR AF IKTAR

Jekk tixtieq issir taf il-​fratellanza tagħna aħjar, jekk jogħġbok attendi l-​assemblea li jmiss. Dak li qed jgħallmek il-​Bibbja jistaʼ jurik programm stampat ħalli tkun tistaʼ tara x’tip taʼ suġġetti jiġu diskussi. Immarka fuq il-​kalendarju tiegħek meta u fejn se tinżamm l-​assemblea li jmiss u attendi jekk tistaʼ.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja