Parir
Meta xi ħadd jagħtina parir
Għala għandna nfittxu għall-pariri mill-Bibbja?
Għala aħjar naċċettaw parir u mhux niskużaw lilna nfusna?
Ara wkoll Pr 1:23-31; 15:31
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 15:3, 9-23—Meta l-profeta Samwel ikkoreġa lil Sawl, hu m’aċċettax il-parir u qagħad iġib l-iskużi, għalhekk Ġeħova ħadha kontrih
2Kro 25:14-16, 27—Meta l-profeta taʼ Ġeħova ta parir lir-Re Amażija biex jirranġa d-dnub li kien għamel, hu ma semax minnu u b’hekk Ġeħova ma baqax ferħan bih u jipproteġih
Għala għandna nuru rispett lejn l-anzjani li jtuna l-pariri?
1Te 5:12; 1Ti 5:17; Lh 13:7, 17
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
3Ġw 9, 10—L-appostlu Ġwanni qal li Dijotrefe kien qed jagħmel ħażin għax hu ma ttrattax sew lill-anzjani li kienu jmexxu l-kongregazzjoni Kristjana
Għala għandna nisimgħu minn uħud kbar fl-età?
Ara wkoll Ġob 12:12; 32:7; Tit 2:3-5
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 23:16-18—Ir-Re David ħassu inkuraġġit għax semaʼ mill-parir li tah Ġonatan, li kien 30 sena akbar minnu
1Slt 12:1-17—Ir-Re Reħobogħam m’aċċettax il-parir li tawh l-irġiel kbar fl-età u minflok semaʼ mill-parir li tawh iż-żgħażagħ, li wassal għal diżastru
X’juri li n-nisa u ż-żgħażagħ leali li jaqdu lil Ġeħova jistgħu jagħtu pariri tajbin?
Ġob 32:6, 9, 10; Pr 31:1, 10, 26; Ekk 4:13
Ara wkoll Sa 119:100
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 25:14-35—Abigajl tat parir lil David u dan għenu biex ma joqtolx nies innoċenti
2Sm 20:15-22—Bil-parir tagħha, mara għaqlija mill-belt t’Abel salvat il-belt kollha
2Slt 5:1-14—Tifla żgħira Iżraelija qalet lill-gwerrier b’saħħtu kif jistaʼ jfiq mill-ġdiem
Għala rridu noqogħdu attenti mill-pariri taʼ dawk li ma jirrispettawx lil Ġeħova jew il-Bibbja?
Ara wkoll Lq 6:39
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Kro 10:13, 14—Ir-Re Sawl miet minħabba li m’obdiex lil Ġeħova u ħa parir mingħand medjum tal-ispirti
2Kro 22:2-5, 9—Ir-Re Aħażija miet għax semaʼ minn pariri ħżiena
Ġob 21:7, 14-16—Ġob ma semax minn dawk li ma jirrispettawx lil Ġeħova
Tagħti parir
Għala tajjeb li tismaʼ, tkun taf il-fatti kollha, u tismaʼ ż-żewġ naħat qabel tagħti parir?
Ara wkoll Pr 25:8
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 1:9-16—Il-Qassis il-Kbir Għeli ta parir aħrax lil Ħanna qabel ma kien jaf il-fatti, għax ħaseb li kienet fis-sakra
Mt 16:21-23—Minħabba li l-appostlu Pietru ma kienx jaf il-fatti kollha, hu qal lil Ġesù biex jagħmel xi ħaġa li ried Satana u mhux dak li ried Ġeħova
Għala rridu nitolbu lil Ġeħova qabel nagħtu parir?
Sa 32:8; 73:23, 24; Pr 3:5, 6
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Eżo 3:13-18—Il-profeta Mosè talab lil Ġeħova biex jgħinu jkun jaf kif isolvi l-problemi tal-Iżraelin
1Slt 3:5-12—Meta kien żagħżugħ ir-Re Salamun talab lil Ġeħova għall-għerf u ma straħx fuqu nnifsu, b’hekk Ġeħova bierku
Għala rridu nkunu ċerti li meta nagħtu parir dejjem ikun mill-Bibbja?
Sa 119:24, 105; Pr 19:21; 2Ti 3:16, 17
Ara wkoll Dt 17:18-20
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 4:1-11—Ġesù ma wiġibx lil Satana skont kif ħaseb hu imma skont dak li tgħid il-Kelma t’Alla
Ġw 12:49, 50—Aħna rridu nimitaw lil Ġesù għax dejjem għallem lin-nies dak li għallmu Ġeħova
Għala għandna dejjem nagħtu parir bi mħabba u anki nsibu xi ħaġa li biha nfaħħru lill-persuna?
Ara wkoll Is 9:6; 42:1-3; Mt 11:28, 29
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
2Kro 19:2, 3—Permezz taʼ profeta, Ġeħova kkoreġa lir-Re Ġeħosafat u anki faħħru għat-tajjeb li għamel
Ri 2:1-4, 8, 9, 12-14, 18-20—Ġesù faħħar lil diversi kongregazzjonijiet qabel tahom parir
Jekk Kristjan jgħidilna li kien hemm xi ħu li qarraq bih jew gideb fuqu, għala għandna ngħidulu biex imur ikellmu fil-privat?
Ara wkoll Le 19:17
Kristjan li ġie mweġġaʼ kif nistgħu ninkuraġġuh biex ikun paċenzjuż u jaħfer?
Mt 18:21, 22; Mrk 11:25; Lq 6:36; Ef 4:32; Kol 3:13
Ara wkoll Mt 6:14; 1Kor 6:1-8; 1Pt 3:8, 9
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 18:23-35—Ġesù ta eżempju tajjeb ħafna biex jispjega għala hu importanti li naħfru
Għala rridu nżommu mal-livelli taʼ Ġeħova meta nagħtu parir?
Sa 141:5; Pr 17:10; 2Kor 7:8-11
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 15:23-29—Il-profeta Samwel ma beżax jagħti parir lir-Re Sawl
1Slt 22:19-28—Il-profeta Mikaja ma bidilx il-messaġġ taʼ twissija li kien se jagħti lir-Re Aħab avolja kien mhedded u trattat ħażin
Kif nistgħu nagħtu parir lil xi ħadd mingħajr ma nagħmlulu ħsara spiritwali?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Lq 22:31-34—Għalkemm l-appostlu Pietru għamel żbalji serji, Ġesù kien ċert li Pietru kien se jkompli jaqdi lil Ġeħova u jgħin lil oħrajn
Flm 21—L-appostlu Pawlu kien konvint li Filemon kien se japplika l-parir li tah
Kif nistgħu nagħtu parir bi mħabba lil dawk li jkunu għaddejjin mill-problemi jew skuraġġiti?
Kif nistgħu nuru lil xi ħadd li dineb li aħna nixtiequ ngħinuh jerġaʼ jkollu ħbiberija b’saħħitha ma’ Ġeħova?
Kif nistgħu nuru rispett meta nagħtu parir lil xi ħadd?
Meta xi ħadd jibqaʼ jinjora l-pariri tal-Bibbja, l-anzjani għala għandhom jikkoreġuh b’mod sod?
1Kor 5:9, 11, 13; 1Ti 5:20; Tit 3:10
Ara wkoll “Imneħħi mill-Kongregazzjoni”