Maħfra
Ġeħova kemm hu lest li jaħfrilna?
Ara wkoll 2Pt 3:9
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Sa 78:40, 41; 106:36-46—Minkejja li l-Iżraelin weġġgħu lil Ġeħova ħafna drabi, hu kien lest li jaħfrilhom għal darba wara l-oħra
Lq 15:11-32—Ġesù spjega kemm Ġeħova lest li jaħfer billi ġab eżempju taʼ missier li bi mħabba ħafer lit-tifel li għamel affarijiet ħżiena u wara nidem
Ġeħova x’għamel biex dnubietna jkunu jistgħu jinħafrulna?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Lh 9:22-28—L-appostlu Pawlu spjega li Ġeħova jistaʼ jaħfrilna dnubietna minħabba s-sagrifiċċju taʼ Ġesù
Ri 7:9, 10, 14, 15—L-appostlu Ġwanni qal li Ġeħova jaħfer id-dnubiet tal-“folla kbira” għax għandhom fidi fis-sagrifiċċju taʼ Ġesù
Jekk irridu li Ġeħova jaħfrilna, xi rridu nagħmlu meta oħrajn jonqsuna?
Mt 6:14, 15; Mrk 11:25; Lq 17:3, 4; Ġk 2:13
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġob 42:7-10—Qabel ma Ġeħova fejjaq u bierek lil Ġob, hu qallu biex jitlob għat-tlett irġiel li tkellmu kontrih
Mt 18:21-35—Ġesù rrakkonta storja biex jurina li jekk irridu lil Ġeħova jaħfrilna għandna naħfru lil oħrajn
Kemm hu importanti li ngħidu d-dnubiet li għamilna u nuru li vera ndimna?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Sa 32:1-5; 51:1, 2, 16, 17—Ir-Re David ħassu mkisser u mdejjaq minħabba d-dnubiet serji li għamel, u nidem
Ġk 5:14-16—Ġakbu spjega li jekk nagħmlu dnub serju għandna mmorru nitkellmu mal-anzjani
X’bidliet għandna nagħmlu jekk irridu li Ġeħova jaħfrilna?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Slt 21:27-29; 2Kro 18:18-22, 33, 34; 19:1, 2—Ir-Re Aħab kien imdejjaq meta semaʼ li Ġeħova kien se jikkastigah, imma hu mhux vera nidem u għalhekk Ġeħova ma ħafirlux
2Kro 33:1-16—Ir-Re Manasse għamel ħafna affarijiet ħżiena imma Ġeħova ħafirlu meta nidem. Manasse wera li vera nbidel billi neħħa l-idoli foloz u għen lin-nies jerġgħu jqimu lil Ġeħova
Ġeħova kemm-il darba lest li jaħfrilna jekk vera nindmu?
Sa 103:10-14; Is 1:18; 38:17; Ġer 31:34; Mik 7:19
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
2Sm 12:13; 24:1; 1Slt 9:4, 5—Għalkemm David għamel dnubiet serji, Ġeħova ħafirlu għax nidem u iktar tard irrefera għalih bħala raġel leali
Ġesù kif imita lil missieru meta ħafer lil oħrajn?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 26:36, 40, 41—Il-ħbieb tal-qalb taʼ Ġesù raqdu meta kellu bżonnhom l-iktar, imma Ġesù fehem li għalkemm xtaqu jgħinuh huma kienu għajjenin
Mt 26:69-75; Lq 24:33, 34; At 2:37-41—Pietru tliet darbiet qal li ma jafx lil Ġesù, imma wara li nidem Ġesù ħafirlu. Wara li Ġesù ġie rxoxtat kellem lil Pietru u iktar tard tah inkarigu importanti biex jgħin il-kongregazzjonijiet
Kif nafu li Ġeħova ma jaħfirx lil kulħadd?
Mt 12:31; Lh 10:26, 27; 1Ġw 5:16, 17
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 23:29-33—Ġesù wissa lill-iskribi u lill-Fariżej li huma se jiġu kkastigati f’Geħenna, jiġifieri se jinqerdu darba għal dejjem
Ġw 17:12; Mrk 14:21—Ġesù sejjaħ lil Ġuda l-Iskarjota “l-wieħed li se jinqered” u qallu li kien ikun aħjar għalih li ma twilidx