Gvernijiet
Il-Kristjani liema gvern jobdu u huma leali lejh?
Ara wkoll Da 7:13, 14
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Sa 89:18-29—Ġeħova jiddeskrivi lil Ġesù bħala r-Re tas-Saltna u jgħidilna kif tah l-awtorità biex imexxi fuq l-art kollha
Ri 12:7-12—Meta bdew l-aħħar jiem, Ġesù Kristu beda jmexxi bħala r-Re tas-Saltna t’Alla u waddab għal isfel lil Satana
Liema rwol għandhom il-Kristjani magħżulin li se jkunu fis-sema maʼ Ġesù?
Il-Kristjani jirrispettaw lill-mexxejja umani
Għala nobdu l-liġijiet tal-pajjiż u nħallsu t-taxxi?
Rum 13:1-7; Tit 3:1; 1Pt 2:13, 14
Ara wkoll At 25:8
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 22:15-22—Ġesù ta tweġiba eżatta meta d-dixxipli staqsewh għandhomx iħallsu t-taxxi
Għala ma npattux lura meta niġu ppersegwitati?
Ara wkoll “Persekuzzjoni”
Il-Kristjani jibqgħu newtrali
Għalkemm nirrispettaw in-nies t’awtorità, jekk jgħidulna biex nagħmlu xi ħaġa li ma jridx Ġeħova għala ma naċċettawx?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Da 3:1, 4-18—It-tliet żgħażagħ Ebrej m’obdewx il-liġi taʼ Babilonja għax kienet tmur kontra l-liġi t’Alla
Da 6:6-10—Meta l-gvern ħareġ liġi biex in-nies jitolbu lilu minflok lil Alla, il-profeta Danjel li kien kiber fl-età m’għamilx hekk
Ġesù kif wera li l-Kristjani m’għandhomx jieħdu sehem fil-politika?
Il-liġijiet t’Alla kontra l-idoli kif jistgħu jgħinu Kristjan jibqaʼ newtrali fil-politika?
Jekk il-gvern jikkmanda lill-Kristjani biex imorru għall-gwerra, liema versi mill-Bibbja jistgħu jgħinuhom ikunu jafu x’għandhom jagħmlu?
Ara wkoll Sa 11:5
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 26:50-52—Ġesù għamilha ċara li d-dixxipli tiegħu ma kinux se jieħdu sehem fil-gwerer
Ġw 13:34, 35—Jekk Kristjan imur għall-gwerra u jiġġieled kontra pajjiż ieħor, forsi anki joqtol lil xi Kristjani, ikun qed jobdi dan il-kmand?
Il-Kristjani għala ma jiħdux sehem fi protesti kontra l-gvernijiet?
Kif nafu li l-gvernijiet se jgħidu li aħna ribellużi u li naqilgħu l-inkwiet?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
At 16:19-23—L-appostlu Pawlu u Sila batew minħabba li ppritkaw