Dwejjaq Minħabba l-Mewt
Liema eżempji mill-Bibbja juru li hu normali li tħossok imdejjaq meta jmut xi ħadd?
Kif nafu li Ġeħova jrid jinkuraġġixxi lil dawk li jħossuhom imdejqin minħabba li mitilhom xi ħadd?
Li nafu x’jiġrilha persuna meta tmut kif jgħinna?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Lq 20:37, 38—Ġesù spjega li għal Ġeħova dawk li mietu qishom għadhom ħajjin u dan jgħinna nkunu ċerti li l-irxoxt se jiġri
Ġw 11:5, 6, 11-14—Wara li miet il-ħabib tiegħu, Lazzru, Ġesù qabbel il-mewt maʼ raqda
Lh 2:14, 15—L-appostlu Pawlu spjega li ħafna nies jibżgħu mill-mewt imma aħna m’għandniex għalfejn nibżgħu
Kif tistaʼ persuna tkun iktar prezzjuża għal Ġeħova meta tmut milli meta titwieled?
Il-Bibbja kif tiddeskrivi l-mewt, u Alla x’se jagħmlilha l-mewt?
Għala nistgħu nkunu ċerti li se jkun hemm irxoxt?
Is 26:19; Ġw 5:28, 29; At 24:15
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Fil-Bibbja nsibu tmien rakkonti taʼ nies li ġew irxoxtati fuq l-art u nsibu r-rakkont taʼ Ġesù li ġie rxoxtat għas-sema. Jekk miet xi ħadd li tħobb, kull rakkont jistaʼ jgħinek u jagħtik tama għall-futur
1Slt 17:17-24—Il-profeta Elija qajjem mill-mewt lit-tifel tal-armla taʼ Sarefat
2Slt 4:32-37—Il-profeta Eliżew irxoxta tifel f’Sunem u tah lill-ġenituri tiegħu
2Slt 13:20, 21—Raġel li kien għadu kif imut, ġie rxoxtat meta ġismu mess mal-għadam t’Eliżew
Lq 7:11-15—Fil-belt taʼ Najn, Ġesù ltaqaʼ maʼ folla nies waqt funeral taʼ tifel taʼ armla u Ġesù qajmu mill-mewt
Lq 8:41, 42, 49-56—Ġesù qajjem it-tifla taʼ Ġajru, li kien mexxej tas-sinagoga
Ġw 11:38-44—Ġesù rxoxta lill-ħabib tal-qalb tiegħu Lazzru u b’hekk reġaʼ ngħaqad maʼ ħutu, Marta u Marija
At 9:36-42—L-appostlu Pietru qajjem mill-mewt lil Dorka li kienet mara qalbha tajba u ġeneruża
At 20:7-12—L-appostlu Pawlu qajjem liż-żagħżugħ Ewtiku wara li waqaʼ mit-tieqa u miet
Ġeħova rxoxta lil Ġesù biex jgħix għal dejjem fis-sema u b’hekk nistgħu nkunu ċerti li l-wegħdi kollha għall-futur Alla se jwettaqhom
Ġesù kien l-ewwel wieħed li ġie rxoxtat għas-sema u ma jistax imut, imma mhuwiex l-aħħar wieħed, il-144,000 magħżulin minn Ġeħova se jirċievu rxoxt simili