Titli taʼ Unur
Għandhom il-Kristjani jużaw titli reliġjużi biex jagħtu unur lil xi ħadd?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Lq 18:18, 19—Meta lil Ġesù qalulu li kien “Għalliem Tajjeb,” hu qalilhom li Ġeħova biss hu tajjeb
Aħna għala ma nsejħux lin-nies b’titli reliġjużi bħal “Missier” jew “Mexxej”?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 23:9-12—Ġesù ma użax titli li jagħtu unur lil xi ħadd bħal “Missier” jew “Mexxej”
1Kor 4:14-17—Għalkemm l-appostlu Pawlu kien qisu missier għal ħafna, imkien ma nsibu li qalulu Father jew xi ħaġa simili
Aħna għala nsejħu u nittrattaw lil xulxin bħala aħwa?
Ara wkoll At 12:17; 18:18; Rum 16:1
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 12:46-50—Ġesù għamilha ċara li dawk li jqimu lil Ġeħova huma ħutu spiritwali
Għala nistgħu nużaw titli għal nies li mhumiex reliġjużi imma għandhom l-awtorità bħal nies taʼ edukazzjoni għolja, politikanti, imħallfin, u uffiċjali oħrajn?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
At 26:1, 2, 25—Meta l-appostlu Pawlu tkellem maʼ uffiċjali tal-gvern bħal Agrippa u Festu, hu sejħilhom bit-titli tagħhom