LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • scl pp. 116-120
  • Żwieġ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żwieġ
  • Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
scl pp. 116-120

Żwieġ

Min għamel iż-żwieġ?

Ġen 1:​27, 28; 2:​22-24; Mt 19:​4-6

Kristjan lil min għandu jagħżel biex jiżżewweġ?

Ġenituri Kristjani għala ma jaqblux li t-tifel jew it-tifla tagħhom, li tkun mgħammda, tiżżewweġ lil xi ħadd li mhux mgħammed u ma jaqdix lil Ġeħova?

1Kor 7:39; 2Kor 6:​14, 15

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 24:​1-4, 7—Abraham, li kien kbir fl-età, ried li t-tifel tiegħu, Iżakk, isib mara li taqdi lil Ġeħova u mhux mill-Kangħanin li kienu jqimu allat oħra

    • Ġen 28:​1-4—Iżakk qal lil Ġakobb biex ma jiżżewwiġx mara mill-Kangħanin imma jiżżewweġ mara li taqdi lil Ġeħova

Ġeħova kif iħossu dwar dawk li jiżżewġu lil xi ħadd li ma jaqdix lilu?

Dt 7:​3, 4

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Slt 11:​1-6, 9-11—Salamun iżżewweġ nisa barranin avolja dan kien kontra l-liġi taʼ Ġeħova. Għalhekk, Ġeħova kien irrabjat ħafna maʼ Salamun minħabba li ħalla n-nisa jinfluwenzawh biex iqim allat foloz

    • Ne 13:​23-27—Bħal Ġeħova, Neħemija kien irrabjat ħafna meta l-Iżraelin iżżewġu nisa barranin li ma kinux jaqdu lil Ġeħova, għalhekk hu ddixxiplinahom u kkoreġiehom

Għala jkun għaqli li tiżżewweġ lil xi ħadd li hu leali lejn Ġeħova u għandu reputazzjoni tajba?

Pr 18:22; 31:​10, 28

Ara wkoll Ef 5:​28-31, 33

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 25:​2, 3, 14-17—Nabal kien raġel sinjur, imma hu kien kattiv u mhux raġel tajjeb għal martu Abigajl

    • Pr 21:9—Jekk ma noqogħdux attenti lil min nagħżlu biex niżżewġu, nistgħu nagħżlu lil xi ħadd li jagħmilhielna diffiċli biex inkunu ferħanin u fil-paċi

    • Rum 7:2—L-appostlu Pawlu spjega li meta mara tiżżewweġ, ir-raġel imperfett tagħha se jkollu ċerta awtorità fuqha, għalhekk importanti li toqgħod attenta lil min tiżżewweġ

Meta tkun qed tipprepara biex tiżżewweġ

Għala hu importanti li raġel jagħmel ċert li jistaʼ jieħu ħsieb il-mara u t-tfal qabel jibda jippjana biex jiżżewweġ?

1Ti 5:8

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Pr 24:27—Qabel jiżżewweġ u jkollu t-tfal, raġel għandu jaħdem iebes ħalli jkun jistaʼ jieħu ħsieb il-familja

Koppja li jkunu qed joħorġu flimkien, għala għandhom isaqsu għal pariri u jiffokaw iktar fuq kif inhi l-persuna minn ġewwa u mhux fuq kif tidher minn barra?

Pr 13:10; 1Pt 3:​3-6

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Rt 2:​4-7, 10-12—Bogħaż sar jaf x’tip taʼ persuna kienet Rut billi ra kemm kienet bieżla, kif kienet taġixxi maʼ Nagħomi, staqsa dwarha lil nies maturi, u nnota kemm kienet tħobb lil Ġeħova

    • Rt 2:​8, 9, 20—Rut innotat li Bogħaż kien qalbu tajba, ġeneruż, u jħobb lil Ġeħova

Ġeħova għala jrid li koppja tibqaʼ nadifa moralment matul l-għerusija u anki wara li jieħdu l-engage?

Ga 5:19; Kol 3:5; 1Te 4:4

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Pr 5:​18, 19—Ċerta affezzjoni hi biss għal koppji miżżewġin

    • Għn 1:2; 2:6—Meta kienu għarajjes, ir-ragħaj u t-tfajla Sulamija wrew kif ħassewhom dwar xulxin b’mod addattat

    • Għn 4:12; 8:​8-10—It-tfajla Sulamija kkontrollat lilha nfisha u hi ġiet imqabbla maʼ ġnien imsakkar

Koppja għala għandhom jiżżewġu skont il-liġi?

Mt 22:21; Rum 13:1; Tit 3:1

Ir-responsabbiltajiet taʼ raġel miżżewweġ

Ġeħova x’jistenna minn raġel miżżewweġ?

Ef 5:​23, 25, 28-31, 33

Raġel miżżewweġ l-eżempju taʼ min għandu jimita?

1Kor 11:3; Ef 5:23

Raġel miżżewweġ għala għandu juri li jħobb lill-mara tiegħu u jifhem kif tħossha?

Kol 3:19; 1Pt 3:7

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 21:​8-12—Ġeħova qal lil Abraham biex jismaʼ minn dak li qaltlu l-mara tiegħu, Sara, avolja s-suġġeriment tagħha m’għoġbux

    • Pr 31:​10, 11, 16, 28—Raġel għaqli li għandu mara kapaċi, ma jikkontrollahiex jew jiffoka fuq l-iżbalji tagħha, minflok hu jafdaha u jfaħħarha

    • Ef 5:33—L-appostlu Pawlu wera li l-mara għandha tkun taf li r-raġel tagħha jħobbha

Ir-responsabbiltajiet taʼ mara miżżewġa

Ġeħova x’responsabbiltà importanti ta lin-nisa miżżewġin?

Ġen 2:18; Kol 3:18; Tit 2:​4, 5

Il-pożizzjoni li Ġeħova ta lill-mara fiż-żwieġ tnaqqsilha r-rispett?

Ġen 1:​26-28, 31; 2:18

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Pr 1:8; 1Kor 7:4—Alla ta lin-nisa miżżewġin u lill-ommijiet xi awtorità

    • 1Kor 11:3—L-appostlu Pawlu spjega li kulħadd qiegħed taħt xi awtorità minbarra Alla li Jistaʼ Kollox

    • Lh 13:​7, 17—Fil-kongregazzjoni, kemm in-nisa u kemm l-irġiel għandhom jgħinu u jobdu lil dawk li qed imexxu

Mara li r-raġel tagħha mhux xhud kif tistaʼ tferraħ lil Ġeħova?

1Kor 7:​13-16; 1Pt 3:​1, 2

Mara Kristjana għala għandha turi rispett lejn ir-raġel tagħha?

Ef 5:33

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 18:12; 1Pt 3:​5, 6—Sara kellha rispett kbir lejn ir-raġel tagħha u sejħitlu “sidi”

Liema tip taʼ mara tiġi mfaħħra fil-Bibbja?

Pr 19:14; 31:​10, 13-31

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 24:​62-67—Rebekka għenet lir-raġel tagħha, Iżakk, iħossu aħjar wara li mietet ommu

    • 1Sm 25:​14-24, 32-38—Abigajl ipproteġiet lir-raġel iblah tagħha, Nabal, billi b’umiltà talbet lil David biex juri ħniena

    • Est 4:​6-17; 5:​1-8; 7:​1-6; 8:​3-6—Ir-Reġina Ester irriskjat ħajjitha darbtejn meta marret quddiem ir-raġel tagħha biex tipproteġi lin-nies t’Alla, avolja ma bagħatx għaliha

Kif koppja jsolvu l-problemi

Liema prinċipji jistgħu jgħinu koppja jsolvu l-problemi fiż-żwieġ tagħhom?

1Kor 13:​4-8; Ef 5:33; Kol 3:​12-14

Liema prinċipji jistgħu jgħinu koppja jieħdu deċiżjonijiet tajbin dwar il-flus?

Lq 12:15; Flp 4:5; 1Ti 6:​9, 10; Lh 13:5

Ara wkoll “Flus”

Liema prinċipji jistgħu jgħinu koppja jsolvu problemi taʼ bejniethom minħabba l-familja u l-kunjati?

Sa 34:14; Mt 19:​5, 6; 1Kor 13:​4, 5

Liema prinċipji dwar is-sess jistgħu jgħinu koppja miżżewġa?

Pr 5:​15-20; Mt 5:​27, 28; 1Kor 7:​3-5; 10:24; Flp 2:4; Lh 13:4

Għala hu importanti li tiffoka fuq il-kwalitajiet tajbin u mhux fuq in-nuqqasijiet tar-raġel jew il-mara tiegħek?

Sa 103:14; 130:​3, 4; Pr 17:9; 1Pt 4:8

Għala hu importanti li bi mħabba tirranġaw il-problemi malajr u mhux tibqgħu rrabjati għal xulxin jew iżżommu f’qalbkom?

Sa 37:8; Pr 14:29; Ef 4:​26, 27; Ġk 1:​19, 20

Għala mhux aċċettabbli għall-Kristjani li jirrabjaw malajr, jgħajtu, jużaw kliem li jweġġaʼ, jew ikunu vjolenti maʼ xulxin?

Sa 11:5; Ga 5:​19-21; Ef 4:​31, 32; Tit 3:2

Meta koppja ma jaqblux dwar xi ħaġa, x’għandha tkun il-mira tar-raġel u tal-mara?

Sa 34:14; Mt 5:9; Rum 12:​17, 18, 21

Meta koppja jpoġġu lil Ġeħova l-ewwel post f’ħajjithom, x’barkiet se jgawdu fiż-żwieġ tagħhom?

Ekk 4:​9-12

Il-livelli tal-Bibbja dwar iż-żwieġ

Il-Bibbja x’tgħid dwar is-sess u ż-żwieġ?

Pr 6:32; Mt 5:​27, 28; 1Kor 6:​9, 10; Lh 13:4

Jistgħu l-Kristjani jiżżewġu iktar minn persuna waħda?

Mt 19:​8, 9; 1Kor 7:2; 1Ti 3:​2, 12

Kif nafu li ż-żwieġ għandu jkun bejn mara u raġel?

Ġen 2:​18, 22, 24; Mt 19:​4-6; Rum 1:​23-27

Koppja miżżewġa għala għandhom jibqgħu flimkien?

Mrk 10:​6-9; Rum 7:​2, 3; 1Kor 7:​10, 11

X’inhi l-unika raġuni li l-Bibbja tgħid li l-Kristjani jistgħu jiddivorzjaw?

Mt 5:32; 19:9

Ġeħova kif iħossu meta koppja jiddivorzjaw mingħajr raġunijiet validi?

Mal 2:​13-16

Meta xi ħadd mill-koppja miżżewġa jmut, il-persuna l-oħra tistaʼ terġaʼ tiżżewweġ?

Rum 7:​2, 3; 1Kor 7:39

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja