Imħabba għall-Flus
Skont il-Bibbja hu ħażin li jkollna l-flus jew affarijiet materjali?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Slt 3:11-14—Minħabba li r-Re Salamun kien umli, Ġeħova tah ħafna ġid
Ġob 1:1-3, 8-10—Għalkemm Ġob kien sinjur ħafna, il-ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova kienet l-iktar ħaġa importanti
Għala l-ferħ veru ma jiġix mill-flus u l-affarijiet materjali?
F’liema sitwazzjonijiet il-flus u l-affarijiet materjali ma jiswew xejn?
X’inhu l-akbar periklu tal-flus u tal-affarijiet materjali?
Il-flus u l-affarijiet materjali kif jistgħu jqarrqu bina?
Pr 11:4, 18, 28; 18:11; Mt 13:22
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
At 8:18-24—Xmun ħaseb li bil-flus setaʼ jixtri l-privileġġi fil-kongregazzjoni
Jekk insiru nħobbu l-flus, x’nistgħu nitilfu?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mrk 10:17-23—Minħabba li żagħżugħ sinjur kien iħobb ħafna l-flus u l-affarijiet materjali li kellu, hu ma marx wara Ġesù
1Ti 6:17-19—Pawlu qal lill-Kristjani li kienu sinjuri biex ma jkunux kburin għax Ġeħova ma jkunx kuntent bihom
L-imħabba għall-flus kif tistaʼ ddgħajjef il-fidi tagħna u twassalna biex nagħmlu affarijiet li jobgħod Alla?
Dt 8:10-14; Pr 28:20; 1Ġw 2:15-17
Ara wkoll Sa 52:6, 7; Għm 3:12, 15; 6:4-8
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġob 31:24, 25, 28—Ġob fehem li jekk jafda fil-ġid materjali tiegħu, ma kienx se juri li qed jafda f’Alla
Lq 12:15-21—Ġesù wera kemm l-imħabba għall-flus tistaʼ tkun taʼ periklu, billi ġab eżempju taʼ raġel sinjur materjalment imma ma kienx sinjur f’affarijiet li huma importanti għal Alla
Kif nistgħu nkunu kuntenti bl-affarijiet li għandna?
Liema affarijiet huma importanti iktar mill-affarijiet materjali, u għala?
Pr 3:11, 13-18; 10:22; Mt 6:19-21
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ħag 1:3-11—Ġeħova uża lill-profeta Ħaggaj biex jgħid lill-poplu tiegħu li huma tilfu l-barka tiegħu għax iffokaw biss fuq li jibnu djarhom u jgħixu ħajja komda, u mhux biex jerġgħu jibnu t-tempju
Ri 3:14-19—Ġesù ta parir sod lill-Kristjani f’Laodiċija għax għalihom l-affarijiet materjali kienu saru iktar importanti milli jaqdu lil Alla