LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • scl pp. 78-81
  • Nippritkaw l-Aħbar Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nippritkaw l-Aħbar Tajba
  • Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
scl pp. 78-81

Nippritkaw l-Aħbar Tajba

Għala l-Kristjani veri kollha jitkellmu m’oħrajn dwar dak li jemmnu?

Mt 28:​19, 20; Rum 10:​9, 10; Lh 13:15

Ara wkoll At 1:8; 1Kor 9:16

Kemm kien importanti għal Ġesù li jipprietka l-aħbar tajba?

Lq 8:1; Ġw 18:37

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Lq 4:​42-44—Ġesù qal li hu ntbagħat fuq l-art biex jipprietka

    • Ġw 4:​31-34—Ġesù spjega li l-ippritkar dwar l-aħbar tajba kien bħal ikel għalih

L-irġiel b’responsabbiltajiet fil-kongregazzjoni biss għandhom jippritkaw?

Sa 68:11; 148:​12, 13; At 2:​17, 18

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Slt 5:​1-4, 13, 14, 17—Tifla żgħira Iżraelija qalet lill-mara taʼ Nagħman dwar Eliżew, il-profeta taʼ Ġeħova

    • Mt 21:​15, 16—Meta l-qassisin importanti u l-iskribi waqqfu lit-tfal fit-tempju għax bdew ifaħħru lil Ġesù, hu kkoreġiehom

L-anzjani kif jistgħu jgħallmu lil oħrajn fil-kongregazzjoni jippritkaw l-aħbar tajba?

1Te 1:​5, 6; 2Ti 2:2; 1Pt 5:​2, 3

Ġeħova u Ġesù kif jgħinuna nagħmlu x-xogħol tal-ippritkar?

2Kor 4:7; Flp 4:13; 2Ti 4:17

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • At 16:​12, 22-24; 1Te 2:​1, 2—Pawlu u sħabu ġew trattati ħażin, imma bl-għajnuna taʼ Ġeħova huma komplew jippritkaw b’kuraġġ

    • 2Kor 12:​7-9—Minkejja li Pawlu kellu “xewka fil-laħam,” li x’aktarx kienet problema taʼ saħħa, Ġeħova tah is-saħħa biex ikompli jipprietka

Min ta lill-Kristjani d-dritt li jippritkaw?

1Kor 1:​26-28; 2Kor 3:5; 4:13

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġw 7:15—Avolja Ġesù ma marx tgħallem fi skola reliġjuża, in-nies baqgħu mistagħġbin b’kemm kien jaf

    • At 4:13—Għalkemm xi nies qalu li l-appostli kienu rġiel komuni u taʼ ftit skola, huma ma beżgħux u ppritkaw b’kuraġġ

Kif nafu li Ġeħova jridna nittrennjaw lil oħrajn kif jippritkaw u jgħallmu?

Mrk 1:17; Lq 8:1; Ef 4:​11, 12

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Is 50:​4, 5—Qabel Ġesù ġie fuq l-art, Ġeħova ttrennjah b’mod personali

    • Mt 10:​5-7—Meta Ġesù kien fuq l-art, bil-paċenzja ttrennja lid-dixxipli tiegħu biex ikomplu jippritkaw

Kif għandna nqisu l-inkarigu tal-ippritkar?

Mt 11:​29, 30; 1Ti 1:12

Meta nippritkaw l-aħbar tajba kif inħossuna?

Lq 10:​1, 17; At 13:​48, 52; 15:3; 20:35

Meta nippritkaw l-aħbar tajba dwar xiex nitkellmu?

Mt 24:14; 28:​19, 20; At 26:20; Ri 14:​6, 7

Ara wkoll Is 12:​4, 5; 61:​1, 2

Għala ngħidu lil oħrajn dwar tagħlim falz?

2Kor 10:​4, 5

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mrk 12:​18-27—Ġesù rraġuna mill-Iskrittura mas-Sadduċej biex jurihom li l-irxoxt hu veru u li huma żbaljati

    • At 17:​16, 17, 29, 30—L-appostlu Pawlu rraġuna man-nies t’Ateni biex jurihom li kien ħażin li jqimu l-idoli

Kif isir ix-xogħol tal-ippritkar?

At 5:42; 17:2; 20:20

Għala nippritkaw f’postijiet pubbliċi?

Ġw 18:20; At 16:13; 17:17; 18:4

Ara wkoll Pr 1:​20, 21

Għala għandna bżonn inkunu determinati u paċenzjużi meta nippritkaw?

Is 6:​9-11; 2Pt 3:9

X’affarijiet sbieħ jistgħu jiġru meta nippritkaw?

At 14:​20-22; 19:​9, 10

Għala għandna nkunu lesti li nippritkaw f’kull opportunità li jkollna?

1Kor 9:23; 1Ti 2:4; 1Pt 3:15

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġw 4:​6, 7, 13, 14—Għalkemm kien għajjien, Ġesù tkellem dwar l-aħbar tajba maʼ mara Samaritana ħdejn bir

    • Flp 1:​12-14—Anki meta Pawlu kien il-ħabs, hu għamel dak li setaʼ biex jagħti xhieda u jinkuraġġixxi lill-oħrajn

Għandna nistennew li kulħadd se jismagħna meta nippritkaw?

Ġw 10:​25, 26; 15:​18-20; At 28:​23-28

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġer 7:​23-26—Permezz taʼ Ġeremija, Ġeħova qal kif in-nies tiegħu għal darba wara l-oħra ma semgħux mill-profeti li bagħat

    • Mt 13:​10-16—Ġesù spjega li bħalma ġara fi żmien Isaija ħafna ma kinux se jisimgħu l-messaġġ

Għala ma niħduhiex bi kbira li n-nies illum ma jkunux iridu jisimgħu?

Mt 13:22; 24:​38, 39; Lq 17:​28, 29

Kif nafu li xi nies għall-ewwel kienu se jisimgħu imma mbagħad kienu se jieqfu?

Mrk 4:​14-17; Ġw 6:​65, 66

Liema eżempji jgħinuna ma niħduhiex bi kbira meta xi wħud jiħduha kontrina meta nippritkaw?

At 13:50; 18:​5, 6; 1Pt 4:​12-14

X’għandna nagħmlu meta n-nies jipprovaw iwaqqfuna milli nippritkaw?

Mt 5:​10-12; 10:​14, 23; Flp 1:7

Għala nistgħu nkunu ċerti li xi wħud se jisimgħu l-aħbar tajba?

Lq 8:15; Ġw 4:​40, 41; At 16:​14, 15; 17:​11, 33, 34

Alla x’jistenna minn dawk li jafu l-aħbar tajba?

At 20:​26, 27; 1Kor 9:​16, 17; 1Ti 4:16

Ara wkoll Eże 33:8

Għala għandna nippritkaw lin-nies taʼ kull reliġjon u pajjiż?

Mt 24:14; At 10:​34, 35; Ri 14:6

Ara wkoll Sa 49:​1, 2

Huwa ħażin li nippritkaw f’kull ġurnata tal-ġimgħa, anki fis-Sabat?

At 5:42; 13:​42, 44; 16:13

Liema eżempji juruna li għandna nippritkaw lil kulħadd anki jekk għandhom Bibbja jew reliġjon differenti?

At 13:46; Ga 2:​7, 8

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja