LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • scl pp. 113-115
  • Xogħol

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xogħol
  • Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
scl pp. 113-115

Xogħol

Ix-xogħol u l-ferħ kif għandhom x’jaqsmu flimkien?

Ekk 2:24; 3:​13, 22; Is 65:22

X’vantaġġi jkollok meta tagħmel xogħlok sew?

Pr 22:29

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Sm 16:​16-23—Meta David kien żagħżugħ kien magħruf bħala mużiċist tas-sengħa, u bit-talent tiegħu għen lir-re taʼ Iżrael iħossu kalm

    • 2Kro 2:​13, 14—Ħiram-abi kien ħaddiem tas-sengħa u għalhekk ir-Re Salamun użah biex jagħmel xogħol fit-tempju

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala għandhom ikunu magħrufin li huma beżlin fix-xogħol?

Ef 4:28; Kol 3:23

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 24:​10-21—Rebekka kienet tħobb tgħin u taħdem iebes, u għamlet iktar minn dak li qalilha l-qaddej t’Abraham

    • Flp 2:​19-23—L-appostlu Pawlu ta inkarigu importanti lil Timotju għax kien umli u lest li jaħdem iebes għal oħrajn

Għala m’għandniex inkunu għażżenin?

Pr 13:4; 18:9; 21:​25, 26; Ekk 10:18

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Pr 6:​6-11—Ir-Re Salamun uża l-eżempju tan-nemel biex jgħallimna kemm hu importanti li naħdmu iebes u ma nkunux għażżenin

Għala għandna bżonn naħdmu iebes biex ikollna l-affarijiet bżonjużi?

2Te 3:​10-12; 1Ti 5:18

Għala għandna bżonn naħdmu iebes biex nieħdu ħsieb il-familja?

1Ti 5:8

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Rt 1:​16, 17; 2:​2, 3, 6, 7, 17, 18—Rut, li kienet żagħżugħa u armla, ħadmet iebes biex tieħu ħsieb lill-kunjata tagħha, Nagħomi

    • Mt 15:​4-9—Ġesù kkundanna lil dawk li kienu jaqdu lil Alla u użaw dan bħala skuża biex ma jiħdux ħsieb lill-ġenituri tagħhom

Dak li naqilgħu mix-xogħol iebes tagħna għala għandna naqsmuh m’oħrajn?

Rum 12:13; 2Kor 8:​1-4; 9:​5, 7, 11; 1Ti 6:​17, 18

X’attitudni għandu jkollna lejn il-flus li naqilgħu?

Pr 30:8; 2Te 3:12; 1Ti 6:​6-10; Lh 13:5

Kif nafu li Ġeħova jrid jgħinna nkunu kapaċi fix-xogħol li nagħmlu u se jipprovdilna l-affarijiet li jkollna bżonn?

Mt 6:​25, 30-32; Lq 11:​2, 3; 2Kor 9:10

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġen 31:​3-13—Laban ma ttrattax sew lil Ġakobb, imma Ġeħova nnota x-xogħol iebes li għamel Ġakobb u bierku

    • Ġen 39:​1-6, 20-23—Ġeħova bierek ix-xogħol li għamel Ġużeppi kemm meta kien ilsir fid-dar taʼ Potifar u anki meta kien fil-ħabs

Ix-xogħol tagħna għala qatt m’għandu jiġi iktar importanti mill-affarijiet spiritwali?

Sa 39:​5-7; Mt 6:33; Ġw 6:27

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Lq 12:​15-21—Ġesù ġab eżempju biex jgħallimna kemm hu bla sens li npoġġu l-affarijiet materjali qabel l-affarijiet li jressquna eqreb lejn Ġeħova

    • 1Ti 6:​17-19—L-appostlu Pawlu qal lil dawk li kienu sinjuri biex ma jaħsbux li huma aħjar minn oħrajn u inkuraġġiehom biex “jagħmlu ħafna affarijiet tajbin”

Liema prinċipji se jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet tajbin dwar liema xogħol nagħżlu?

  • Eżo 20:4; At 15:29; Ef 4:28; Ri 21:8—Dan ix-xogħol se jġegħelni nagħmel xi ħaġa li tmur kontra dak li ma jridx Alla?

  • Eżo 21:​22-24; Is 2:4; 1Kor 6:​9, 10; 2Kor 7:1—Dan ix-xogħol se jinkuraġġixxi lil oħrajn biex jagħmlu xi ħaġa li ma jridx Alla, u b’hekk ikolli tort għal dak li jagħmlu huma?

  • Rum 13:​1-7; Tit 3:​1, 2—Dan ix-xogħol se jġegħelni nikser xi liġi tal-gvern?

  • 2Kor 6:​14-16; Ri 18:​2, 4—Dan ix-xogħol jissapportja b’xi mod ir-reliġjon falza jew jagħmilni parti minnha?

Xogħol għal Ġeħova

X’inhu l-iktar xogħol importanti li l-Kristjani jistgħu jagħmlu?

Mt 28:​19, 20; Lq 9:2; 2Ti 4:​2, 5

Aħna għala nipprovaw nagħmlu l-aħjar tagħna fix-xogħol taʼ Ġeħova?

Lq 13:24; Rum 12:11; 1Kor 15:58; Lh 6:​10-12

Ara wkoll 1Ti 3:1

Għala m’għandniex nistennew li kulħadd jagħmel l-istess ammont taʼ xogħol għal Ġeħova?

Ga 6:​3-5

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mt 25:​14, 15—L-eżempju li ġab Ġesù jurina li hu ma jistenniex li l-qaddejja tiegħu jagħmlu l-istess ammont taʼ xogħol

    • Lq 21:​2-4—Għal Ġesù, il-kontribuzzjoni żgħira li tat l-armla fqira kienet taʼ valur kbir

Meta Ġeħova jagħtina inkarigu, minn fejn inġibu s-saħħa?

2Kor 4:7; Ef 3:​20, 21; Flp 4:13

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Ti 4:17—L-appostlu Pawlu rrealizza li meta kellu bżonn l-għajnuna Ġeħova tah is-saħħa

Għala nkunu ferħanin meta naħdmu iebes għal Ġeħova?

Sa 40:8; Ġw 13:17; Ġk 1:25

Ara wkoll Mt 25:23

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja