LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 4 p. 28-p. 31
  • L-Ewwel Raġel li Ġġieled Gwerra għal Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ewwel Raġel li Ġġieled Gwerra għal Ġeħova
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • Għalkemm Kien Diffiċli, Hu Obda lil Alla
    B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Ġeħova sejjaħlu “l-ħabib tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Abraham u Sara obdew lil Alla
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Alla Jagħmel Patt m’Abraham
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 4 p. 28-p. 31

4 ABRAHAM

L-Ewwel Raġel li Ġġieled Gwerra għal Ġeħova

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

ĠEĦOVA għamel wegħda importanti mal-ħabib tiegħu Abraham, li kienet se taffettwa lin-nies kollha fuq l-art. Hu qallu: “Jien nagħmlek poplu kbir.” Alla wera wkoll lil Abraham l-art sabiħa li kien se jagħti lil dan il-poplu. (Ġen. 12:2; 13:14, 15) Imma Satana ried jeqred lil Abraham biex b’hekk ma jkunx hemm poplu li joħroġ minnu. Satana kien jaf li “d-dixxendent” li kien se jiġi minn Abraham kien se jeqred lilu u n-nies ħżiena kollha.​—Ġen. 3:15.

Għalhekk, Satana attakka lil Abraham u l-familja tiegħu. Wieħed li bata ħafna minħabba l-attakki taʼ Satana kien Lot, li jiġi n-neputi t’Abraham. Abraham kien qal lil Lot biex jagħżel hu l-ewwel fejn xtaq jgħix fl-Art Imwiegħda. Lot għażel l-aħjar u l-aktar parti sinjura. Viċin kien hemm il-belt taʼ Sodoma, u n-nies li kienu jgħixu fiha “kienu ħżiena u kienu jidinbu ħafna kontra Ġeħova.” (Ġen. 13:8-13) Ir-re taʼ Sodoma u erbaʼ rejiet oħra taʼ Kangħan irrabjaw għax kellhom iħallsu t-taxxi lir-re taʼ Elam. Allura huma rribellaw kontrih. Malli r-re taʼ Elam sar jaf x’għamlu, hu u tliet rejiet oħra marru jiġġieldu kontrihom u rebħulhom. Ir-re taʼ Elam u dawk li kien hemm miegħu ħadu ħafna affarijiet, kif ukoll ħadu xi nies magħhom. Fosthom kien hemm Lot u l-familja tiegħu.

Abraham ħa miegħu 318-il raġel biex imorru jiġġieldu kontra l-armati taʼ erbaʼ rejiet b’saħħithom

Abraham x’kien se jagħmel? Hu setaʼ ħaseb li kien it-tort taʼ Lot peress li hu kien għażel biex imur jgħix hemm. Setaʼ inkwieta wkoll li biex isalva lil Lot kien se jkollu jiġġieled mal-armata b’saħħitha taʼ Elam u dawk li jingħaqdu miegħu. Imma Abraham ma kienx suldat. Hu kien ragħaj u għex fit-tined. Barra minn hekk, wieħed minn dawk ir-rejiet mexxa f’Sinar, fejn kien jgħix Abraham qabel. Jekk Abraham kien se jiġġieled maʼ dan ir-re, x’aktarx qatt ma kien se jkollu ċ-ċans jerġaʼ jmur lura d-dar f’Ur. Imma Abraham ma ħasibx b’dan il-mod, għax kien jaf li Alla riedu jgħin lil Lot.

Sa dak iż-żmien, jistaʼ jkun li kien hemm iktar minn 1,000 persuna fil-kamp t’Abraham. Minnhom, ipprepara 318-il raġel li kienu trenjati għall-gwerra. Huma marru jiġġieldu kontra r-re taʼ Elam u t-tliet rejiet li kienu miegħu flimkien maʼ xi rġiel oħra li kienu lesti li jgħinu lil Abraham. Huma vvjaġġaw triq twila sar-reġjun taʼ Dan, u hemmhekk sabu l-armata tal-għedewwa tagħhom. Abraham qassam l-irġiel tiegħu fi gruppi u attakkawhom mal-lejl. Għalkemm l-armata t’Abraham kienet ħafna iżgħar, huma rnexxielhom jirbħu. Għalhekk, l-erbaʼ rejiet u l-irġiel tagħhom ħarbu, imma Abraham baqaʼ jiġri warajhom. Fl-aħħar meta waslu qrib Damasku, Abraham rebħilhom u ħa lura lin-nies u l-affarijiet li kienu ħadu minn Kangħan. B’hekk, Lot u l-familja tiegħu nħelsu!

Abraham u l-irġiel tiegħu rekbin fuq l-iġmla u sejrin jattakkaw lill-għedewwa tagħhom billejl.

Kien Ġeħova ferħan bil-fidi u l-kuraġġ li wera Abraham? Minn dak li ġara meta Abraham għadda viċin il-belt taʼ Salem nistgħu nkunu ċerti li iva. Melkisedek, ir-re taʼ din il-belt u li kien ukoll qassis taʼ Ġeħova, ħareġ mill-belt biex jagħtih il-barka taʼ Ġeħova. Abraham b’umiltà ta lil Melkisedek għaxra fil-mija mill-affarijiet li ħadu fil-gwerra.

Abraham ma ġġilidx din il-gwerra għalih u ma kienx bis-saħħa tiegħu li rebaħ. Din il-gwerra kienet taʼ Ġeħova u Abraham irnexxielu jirbaħ bl-għajnuna tiegħu. Il-Bibbja ssemmi “l-ktieb tal-Gwerer taʼ Ġeħova.” (Num. 21:14) Jistaʼ jkun li l-gwerra t’Abraham kienet l-ewwel waħda li tniżżlet f’dan il-ktieb. Mijiet taʼ snin wara, id-dixxendenti t’Abraham, li kienu jissejħu Iżraelin, iġġieldu kontra l-Kangħanin fl-Art Imwiegħda, u Ġeħova baqaʼ jgħin lill-poplu leali tiegħu biex jirbaħ għal darba wara l-oħra.

Però meta telquh, Ġeħova ma baqax jipproteġihom. Snin wara, meta l-Iżraelin m’aċċettawx lil Ibnu bħala l-Messija u qatluh, Ġeħova telaqhom għalkollox. Minflok lin-nies t’Iżrael, Ġeħova beda jbierek “l-Iżrael t’Alla,” jiġifieri l-Kristjani magħżulin immexxijin minn Ġesù. (Gal. 6:16) Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu biex ma jiġġildux fil-gwerer. (Mat. 26:52) Minflok, jiġġieldu kontra Satana, it-tagħlim falz, u l-attitudnijiet ħżiena li jippromwovi. Meta Ġesù kien fuq l-art, uriena li għandna bżonn il-kuraġġ biex niġġieldu kontra l-attakki taʼ Satana u nibqgħu leali lejn Ġeħova, bħal meta n-nies ikollhom bżonn il-kuraġġ biex jiġġieldu fi gwerra letterali.

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • Ġenesi kapitlu 14

  • Lhud 7:1-4

Biex tiddiskuti:

Matul dan iż-żmien f’ħajtu, Abraham kif wera kuraġġ?

Fittex Iktar

  1. 1. X’evidenza hemm li d-dettalji f’dan ir-rakkont huma eżatt? (w89 7/1 5 ¶4–6 ¶1-wcgr)

  2. 2. Skont dak li tgħidilna l-Bibbja, il-bliet taʼ Sodoma u Gomorra x’aktarx fejn kienu? X’juri li dan hu veru? (it “Il-Baħar il-Mielaħ” ¶6-wcgr) A

    Għalqa bis-siġar tat-tamal u ħxejjex oħra.

    BestTravelPhotography/iStock via Getty Images Plus

    Stampa A: Anki llum hemm ħafna siġar tat-tamal u ħxejjex oħra fir-reġjun fejn x’aktarx qabel kien hemm il-belt taʼ Sodoma

  3. 3. Melkisedek kien re u qassis taʼ Salem. Dan il-post fejn kien? (it “Salem”-wcgr)

  4. 4. Melkisedek b’liema modi rrappreżenta lil Ġesù? (it “Il-Qassis il-Kbir” ¶27-28-wcgr) B

    Abraham u l-irġiel tiegħu qed jagħtu lil Melkisedek xi affarijiet li ħadu mill-gwerra.

    Stampa B

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • Abraham ħalla lil Lot jieħu l-aħjar parti tal-art. Kif nistgħu nimitaw lil Abraham fil-mod kif nittrattaw lil tal-familja, lil ħutna, u oħrajn? Ċ

    Żagħżugħ li qiegħed l-assemblea qed iċedi postu lil koppja mdaħħla fiż-żmien.

    Stampa Ċ

  • X’nitgħallmu minn dak li kien lest li jagħmel Abraham biex jgħin lin-neputi tiegħu?

  • B’liema modi oħra tistaʼ timita l-kuraġġ li wera Abraham f’dan ir-rakkont?

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Abraham u lil Lot, x’nixtieq nistaqsihom?

Tgħallem Iktar

Ara kif Abraham beda jafda f’Ġeħova kompletament.

Imita l-Fidi Tagħhom​—Abraham, L-1 Parti (10:43)

Abraham kif wera l-kuraġġ anke qabel telaq minn Ur?

“Abraham​—A Man of Courage” (w12-E 1/1 6-7)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja