LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 5 p. 32-p. 35
  • Għalkemm Kien Diffiċli, Hu Obda lil Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għalkemm Kien Diffiċli, Hu Obda lil Alla
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • Ġeħova sejjaħlu “l-ħabib tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • L-Ewwel Raġel li Ġġieled Gwerra għal Ġeħova
    B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Prova tal-fidi
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Alla Jgħaddi l-Fidi t’Abraham Minn Prova
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 5 p. 32-p. 35

5 ABRAHAM

Għalkemm Kien Diffiċli, Hu Obda lil Alla

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

ABRAHAM beda miexi biex imur fil-post li qallu Ġeħova. Hu kien determinat li jasal hemmhekk. Għalkemm Abraham għamel ħafna vjaġġi diffiċli matul il-ħajja twila li għex, dan żgur li kien l-iktar wieħed diffiċli.

Ġeħova qal lil Abraham: “Jekk jogħġbok, ħu lil Iżakk, l-uniku iben tiegħek li tant tħobb, u vvjaġġa lejn l-art taʼ Morija. Hemmhekk offrih bħala offerta tal-ħruq fuq waħda mill-muntanji li ngħidlek jien.” Abraham baqaʼ jaħseb fuq dan il-kliem. Ġeħova kien jaf li Abraham kien iħobbu ħafna lil Iżakk. Allura għala qallu biex joffri lil ibnu bħala sagrifiċċju? U Abraham kif kien se jkollu biżżejjed kuraġġ u fidi biex jobdi lil Ġeħova?

Abraham u Iżakk telgħin il-muntanja. Abraham iġorr borma b’faħam jaħraq u Iżakk qed iġorr l-injam. Iżakk qed iħares lura lejn missieru li qed iħares lejn is-sema.

Il-Bibbja tiddeskrivi lil Abraham bħala “l-missier taʼ dawk kollha li jkollhom il-fidi.” (Rum. 4:11) Qabel għamel dan il-vjaġġ, Abraham diġà kellu fidi soda, u matul is-snin Ġeħova għenu biex isaħħaħ iktar il-fidi tiegħu. Pereżempju ħafna snin qabel, Ġeħova qal lil Abraham li kien se jeqred il-bliet ħżiena taʼ Sodoma u Gomorra. Dan inkwetah ħafna lil Abraham u għalhekk staqsa lil Ġeħova jekk kienx se jeqred lin-nies tajbin ukoll. Ġeħova kien paċenzjuż m’Abraham u qallu li anke jekk isib ftit nies tajbin, ma kienx se jeqred il-bliet. (Ġen. 18:16-33) Ġeħova hu dejjem ġust u ħanin. Abraham qatt ma nesa din il-lezzjoni.

Abraham kif setaʼ juri kuraġġ biex jobdi meta Ġeħova qallu biex jagħmel dak li ebda missier li jħobb ma jimmaġina li jagħmel?

Ftit żmien wara, Ġeħova għamel xi ħaġa tal-għaġeb għal Abraham u Sara. Għalkemm Sara kellha kważi 90 sena u Abraham kellu kważi 100 sena, Ġeħova għamilha possibbli li jkollhom tifel! Abraham setaʼ jara li Ġeħova setaʼ jagħti lill-ġismu l-abbiltà li jkollu t-tfal avolja “kien iqis lilu nnifsu mejjet.” (Rum. 4:18, 19) Minn dan, Abraham tgħallem li għal Ġeħova xejn mhu impossibbli, u żgur li qatt ma nesa din il-lezzjoni.

Madwar 25 sena wara, Abraham żgur li ħaseb dwar dawn il-lezzjonijiet hu u miexi lejn Morija. Hu rrealizza li jekk Iżakk imut, Ġeħova kellu l-qawwa u x-xewqa li jerġaʼ jqajmu fil-futur! (Lhud 11:19) It-tama tiegħu għenitu biex ma jaqtax qalbu u jkompli sejjer fil-post li ried imur.

Meta Abraham mill-bogħod ra l-post li għażel Ġeħova, hu qal lill-qaddejja tiegħu biex jistennewh sakemm hu u Iżakk jitilgħu fuq il-muntanja biex joffru sagrifiċċju. Minn dak li qal Abraham naraw li kien konvint li Iżakk kien se jerġaʼ jinżel miegħu. Meta kienu waħedhom fuq il-muntanja, wasal il-ħin biex Abraham joffri lil ibnu bħala sagrifiċċju. Għalkemm Iżakk kien iżgħar u kellu iktar saħħa minn missieru, hu ħallieh jorbotlu jdejh u saqajh fuq l-artal. Abraham kien lest li jagħmel dak li ebda missier li jħobb ma jimmaġina li jagħmel. Hu qabad is-sikkina u għolla idu, imma meta semaʼ anġlu jgħajjatlu u jgħidlu “tweġġax lit-tifel,” Abraham ma qatlux.

Alla faħħar lil Abraham talli wera fidi fih u obdieh. Hu fakkar lil Abraham li kien se jżomm il-wegħda tiegħu billi jbierku u joħroġ minnu poplu kbir. Barra minn hekk, “il-popli kollha tal-art” kienu se jitbierku minħabba dak li għamel Abraham.

Il-wegħda li Ġeħova għamel lil Abraham għadha qed titwettaq illum u se ġġib barkiet li jibqgħu għal dejjem. L-istorja taʼ Abraham tgħallimna xi ħaġa oħra dwar Ġeħova. Ġeħova tana stampa żgħira biex inkunu nistgħu nifhmu minn xiex kellu jgħaddi hu biex isalva lill-bnedmin kollha. Bħalma Abraham kien lest li joffri lil Iżakk li tant kien iħobb, Ġeħova kien lest li joffri bħala sagrifiċċju lil Ġesù, l-uniku Iben tiegħu, biex b’hekk kulħadd ikun jistaʼ jkollu futur sabiħ. (Ġw. 3:16) Meta naraw li Abraham kien lest li jagħti l-iktar ħaġa prezzjuża li kellu, ifakkarna f’kemm Ġeħova verament iħobbna.

Bħal Abraham, il-fidi tagħna se tissaħħaħ jekk niftakru x’għamel Ġeħova fil-passat. U hekk kif il-fidi tagħna tkompli tikber, se jkollna iktar kuraġġ. M’għandniex noqogħdu ninkwetaw li Alla se jistaqsina biex nagħmlu bħalma qal lil Abraham. Hu qatt ma staqsa lil xi ħadd ieħor biex jagħmel hekk. Imma nistgħu nkunu ċerti li jekk Alla jistaqsina biex nagħmlu xi ħaġa, il-fidi li għandna fih se ttina l-kuraġġ biex nobduh. U meta nobdu, aħna se jkollna ħafna barkiet li lanqas biss nistgħu nimmaġinaw!

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • Ġenesi 22:1-19

  • Lhud 11:11, 12, 17-19

Biex tiddiskuti:

Matul dan iż-żmien f’ħajtu, Abraham kif wera kuraġġ?

Fittex Iktar

  1. 1. Kif nafu li Abraham vera eżista? (g 5/12 18, kaxxa-wcgr; Ġw. 8:31-40) A

    Stampa A: Kitbiet antiki ma’ ħajt f’Karnak, l-Eġittu, isemmu l-“Għalqa t’Abraham”

  1. 2. Abraham minn fejn setaʼ tgħallem dwar Ġeħova? (ia 26 ¶4-5)

  2. 3. Ġeħova għala aċċetta l-qima taʼ Abraham? (rr 20 ¶18-wcgr)

  3. 4. Il-wegħda li għamel Ġeħova m’Abraham f’⁠Ġenesi 22:17, kif turi li l-Bibbja hija eżatta? (g88 4/8 25) B

Bajja bir-ramel u sema mimlija stilel.

Stampa B

Stampa B

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • It-tama t’Abraham kif għenitu biex ikun kuraġġuż? Meta niffokaw fuq it-tama li għandna kif jgħinna nkunu kuraġġużi? Ċ

    Grupp taʼ stampi: 1. Raġel li mititlu l-mara qed iħares lejn ritratt tat-tieġ tagħhom. 2. Hu qed jimmaġina lilu nnifsu u lill-mara mixjin id f’id fejn il-baħar fid-dinja l-ġdida.

    Stampa Ċ

  • Kif nistgħu nimitaw il-kuraġġ t’Abraham u noffru sagrifiċċju meta . . .

    • ikollna opportunità biex nitkellmu dwar Ġeħova? (Lhud 13:15)

    • niddeċiedu kif nużaw l-affarijiet materjali tagħna? (Prov. 3:9)

    • insiru nafu li l-aħwa għandhom bżonn l-għajnuna? (Flp. 4:18)

  • B’liema modi oħra tistaʼ timita l-kuraġġ li wera Abraham f’dan ir-rakkont?

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Abraham u lil Iżakk, x’nixtieq nistaqsihom?

Tgħallem Iktar

Ara l-vidjow biex tidħol iktar fl-istorja.

Imita l-Fidi Tagħhom​—Abraham, It-2 Parti (11:10)

Abraham kif sar ħabib kbir taʼ Ġeħova, u aħna kif nistgħu nkabbru l-ħbiberija tagħna miegħu?

“Ġeħova sejjaħlu ‘l-ħabib tiegħi’” (w16.02 3-8)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja