LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 4/1 p. 16
  • Il-Persekuzzjoni Tkompli fil-Burundi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Persekuzzjoni Tkompli fil-Burundi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 4/1 p. 16

Il-​Persekuzzjoni Tkompli fil-​Burundi

KMIENI fl-​1989, il-​mexxejja tal-​ġens fl-​Afrika ċentrali tal-​Burundi qajmu mewġa taʼ persekuzzjoni fuq ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Bħalma ġie rrapportat fil-​ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru, 1989, I-awtoritajiet pruvaw jisfurzaw lix-​Xhieda biex jabbandunaw il-​fidi tagħhom, billi jużaw attakki kontinwi, arresti, swat u miżuri ħorox oħra. Kif baqgħet is-​sitwazzjoni minn dak in-​nhar ’il hawn?

Rapport ieħor minn Burundi jgħid li matul iż-​żjara tal-​indokratur distrettwali għal Kinyinya u Gitega, I-awtoritajiet pruvaw jarrestaw il-​membri tal-​kongregazzjoni matul laqgħa. L-​indokratur distrettwali u s-​“circuit overseer” irnexxielhom jaħarbu, iżda dawk li ġew arrestati kienu jinkludu żewġ studenti tal-​iskola sekondarja u tifla fl-​iskola primarja. IIkoll ġew imsawtin. L-​għada x-​Xhieda li ġew arrestati dehru quddiem il-​gvernatur u spjegaw għala ma setgħux ikunu membri tal-​partit politiku. Huma ġew imsawtin għal darb’oħra. Rapporti oħra jgħidu dwar ġrajjiet simili.

Anzjan Kristjan taʼ responsabbiltà fil-​Burundi jikteb: “L-​ebda Xhud taʼ Jehovah ma ġie arrestat fuq serq, qtil, jew korruzzjoni. Jekk l-​awtoritajiet għandhom bażi vera biex jikkastigaw lix-​Xhieda, ħa jagħmlu dan fil-​qorti fil-​beraħ minflok jittorturaw ċittadini li jħobbu l-​paċi, billi jaħtfulhom il-​propjetà tagħhom, u jikkaċċjawhom bħal annimali selvaġġi. Ħafna aħwa fiċ-​ċentru ġew imġegħlin jaħarbu minn djarhom u jgħixu bħala nies maħruba. Waħda oħt li żewġha jinsab il-​ħabs marret tara ħafna nies tal-​awtorità bi sforz biex teħles lil żewġha. Hi ġiet mibgħuta ’l barra minnhom ilkoll bit-​tweġiba: ‘Aħna qatt ma se neħilsu lil żewġek waqt li intom tirċievu flus minn barra sabiex iddgħajfu lil pajjiżna.’ X’kalunja!”

Hemm, madankollu, aħbarijiet tajbin mill-​Burundi. Ix-​Xhieda hemm ma tilfux il-​kuraġġ jew ġew imbeżżaʼ. Bl-​attenzjoni iżda b’mod ċert l-​ippridkar tal-​aħbar tajba qed jiżdied, u l-​aħwa jirrealizzaw li b’fiduċja sħiħa f’Jehovah, huma jistgħu jissaportu. Ħafna ittri jesprimu diżapprovazzjoni diġà nkitbu lil Burundi, u bla dubju ħafna iżjed se jkomplu jintbagħtu meta d-​dinja tirrealizza li Burundi qed tkompli fil-​kampanja bla qalb tagħha taʼ persekuzzjoni kontra x-​Xhieda taʼ Jehovah.

L-indirizz tal-​president taʼ Burundi hu:

[Kaxxa f’paġna 16]

L-​indirizz tal-​president taʼ Burundi hu:

His Excellency

Major Pierre Buyoya

President of the Republic of Burundi

Bujumbura

REPUBLIC OF BURUNDI

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja