LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 11/1 p. 31
  • Faraġ Matul Erbaʼ Snin taʼ Gwerra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Faraġ Matul Erbaʼ Snin taʼ Gwerra
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 11/1 p. 31

Faraġ Matul Erbaʼ Snin taʼ Gwerra

MATUL l-​erbaʼ snin taʼ gwerra fit-​territorju taʼ dik li qabel kienet il-​Jugoslavja, ħafna nies għaddew minn tbatijiet u nuqqas kbir t’affarijiet. Inklużi magħhom kien hemm mijiet taʼ Xhieda taʼ Jehovah, li fedelment komplew iqimu lil dak “Alla taʼ kull faraġ.”—2 Korintin 1:3.

F’Sarajevo, in-​nies għaddew minn tbatija oħra, dik taʼ li jgħixu f’belt kbira li kienet qiegħda tiġi assedjata matul il-​gwerra kollha kemm hi. Kien hemm nuqqas t’elettriku, ilma, ħatab, u ikel. Il-​Kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah f’Sarajevo kif iffunzjonat taħt dawn il-​kundizzjonijiet estremi? Kristjani minn pajjiżi qrib issograw ħajjithom biex iġibu kwantità taʼ provisti taʼ serħan. (Ara The Watchtower, l-​1 taʼ Novembru, 1994 paġni 23-​7.) Barra minn hekk, l-​aħwa f’Sarajevo qasmu dak li kellhom maʼ xulxin, billi poġġew l-​enfasi primarja fuq li jaqsmu affarijiet spiritwali. Matul l-​assedju indokratur Kristjan minn dik il-​belt ta dan ir-​rapport li ġej:

“Aħna napprezzawhom ferm il-​laqgħat tagħna. Marti u jien, flimkien maʼ 30 persuna oħra, nimxu 15-il kilometru għal-​laqgħat u 15 oħra lura. Xi drabi ġie mħabbar li l-​ilma jkun se jiġi fornut matul il-​ħinijiet tal-​laqgħat. L-​aħwa x’kienu se jagħmlu? Kienu se jibqgħu d-​dar jew jattendu l-​laqgħat? Ħutna ppreferew jattendu l-​laqgħat. L-​aħwa dejjem jgħinu lil xulxin; kulma għandhom, jaqsmuh m’oħrajn. Waħda oħt fil-​kongregazzjoni tagħna tgħix barra l-​belt, ħdejn il-​foresta; għalhekk huwa naqra iktar faċli għaliha biex tikseb xi ftit ħatab. Hi taħdem ukoll maʼ tal-​forn, u s-​salarju tagħha jiġi mħallas bi dqiq. Meta jkun possibbli, hi taħmi ħobża kbira u ġġibha magħha l-​laqgħa. Wara l-​laqgħa, hi u ħierġa , tagħti biċċa lil kulħadd.

“Huwa importanti li ħadd mill-​aħwa rġiel jew nisa qatt ma jħoss li huwa abbandunat. Ħadd ma jaf min minna se jmiss li jkollu bżonn l-​għajnuna f’xi sitwazzjoni mhux pjaċevoli. Meta kellna t-​toroq miksijin bis-​silġ u waħda oħt kienet marida, aħwa rġiel, żgħażagħ u b’saħħithom ġibduha fuq slitta għal-​laqgħat.

“Ilkoll kemm aħna nieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar, u Jehovah bierek l-​isforzi tagħna. Hu ra s-​sitwazzjoni estrema tagħna fil-​Bosnja, imma berikna b’żjieda​—żjieda li qatt ma rajna qabel il-​gwerra.”

Bl-istess mod, f’partijiet oħrajn taʼ dik li qabel kienet il-​Jugoslavja, li kienu mifnijin bil-​gwerra, ix-​Xhieda taʼ Jehovah gawdew minn żjidiet minkejja tbatijiet ħorox. Mill-​uffiċċju tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Kroazja jasal dan ir-​rapport dwar grupp taʼ Xhieda: “L-​aħwa li kienu qegħdin jgħixu ġewwa Velika Kladuša kellhom iħabbtu wiċċhom maʼ żmien iebes ferm. Il-​belt ġiet attakkata diversi drabi. L-​aħwa kellhom jispjegaw in-​newtralità tagħhom lill-​armati Kroati, Serbi, u diversi armati Musulmani. Dak li huwa ċert hu, li huma kellhom jissaportu ħafna​—priġuneriji, swat, ġuħ, periklu taʼ mewt. Xorta waħda, ilkoll kemm huma baqgħu leali u għandhom il-​privileġġ li jispikka taʼ li jaraw il-​barka taʼ Jehovah fuq l-​attivitajiet tagħhom.”

Minkejja dawn it-​tbatijiet, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ġewwa Velika Kladuša u l-​pajjiż qrib Bihać ikomplu jgawdu żjidiet hekk kif jaqsmu l-​messaġġ t’Alla taʼ faraġ b’żelu kbir mal-​ġirien tagħhom. Total taʼ 26 pubblikatur tas-​Saltna minn dawn iż-​żewġ postijiet qegħdin jikkonduċu 39 studju tal-​Bibbja fid-​djar! (w96 11/1)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja