LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 2/15 p. 32
  • Alla Se Jeqridha lid-Dinja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Se Jeqridha lid-Dinja?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 2/15 p. 32

Alla Se Jeqridha lid-​Dinja?

SKOND Papa Ġwanni Pawlu II, il-​bnedmin jistgħu jħarsu ’l quddiem lejn il-​futur b’fiduċja. Matul l-​istorja, innota hu, “il-​bnedmin baqgħu jikkommettu dnubiet, forsi saħansitra akbar minn dawk deskritti qabel id-​dilluvju.” Xorta waħda, il-​Papa spjega, “mill-​kliem tal-​patt li Alla għamel maʼ Noè nirrealizzaw li issa m’hemm l-​ebda dnub li jistaʼ jġiegħel lil Alla jeqred lid-​dinja li ħalaq hu stess.”

Huwa veru li Alla qatt ma se jeqred lid-​dinja? Il-​Bibbja tistqarr li wara d-​Dilluvju, Alla qal lil Noè: “Qatt iżjed ma jinqered, ebda laħam ħaj, bl-​ilmijiet tad-​dilluvju; u qatt iżjed ma jkun hemm dilluvju biex iħarbat l-​art.” (Ġenesi 9:11) Il-​Papa jgħid li b’dan il-​kliem, Alla “kkommetta ruħu biex iżomm [l-art] milli tinqered.”

Il-Bibbja tagħmilha ċara li l-​Ħallieq mhux se jħalli l-​pjaneta tagħna tinqered. “L-​art tibqaʼ għal dejjem,” tgħid il-​Bibbja. (Koħèlet 1:4) Imma hemm iktar x’nitgħallmu mid-​Dilluvju​—xi ħaġa li l-​Papa ma kkummentax dwarha.

Ġesù qal li fiż-​żmien tal-​preżenza futura tiegħu l-​kundizzjonijiet fuq l-​art kellhom ikunu “bħal fi żmien Noè,” meta n-​nies “b’xejn ma ntebhu sa ma wasal id-​dilluvju u ġarr lil kulħadd.” (Mattew 24:37-39) B’mod simili, l-​appostlu Pietru kiteb li sewwa sew bħalma “d-​dinja taʼ dak iż-​żmien tgħarrqet u ntilfet,” hekk ukoll “jum il-​ġudizzju, li jkun jum it-​telfien tal-​ħżiena” qed jhedded lid-​dinja preżenti.—2 Pietru 3:5-7.

Ġesù u Pietru nsewh il-​patt li Alla għamel maʼ Noè? Żgur li le! Sewwa sew bħalma stqarr fil-​patt maʼ Noè, Alla mhux se juża l-​ilmijiet tad-​dilluvju biex iġib fi tmiem lil din is-​sistema t’affarijiet mill-​agħar. Minflok, hu se juża l-​qawwa tas-​“Sultan tas-​slaten u Sid tas-​sidien,” Ġesù Kristu. (Apokalissi 19:11-21) Għalhekk, skond il-​Bibbja l-​art mhux se tinqered, imma hija d-​“dinja” taʼ bnedmin mill-​agħar li bla dubju se tiġi fi tmiemha. (Proverbji 2:21, 22; Apokalissi 11:18) Imbagħad, “il-​ġusti jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.”—Salm 37:29.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja