Għala ma Tkunx Magħhom?
NDJAUKUA ULIMBA għandu 73 sena, u s-sena l-oħra għamel vjaġġ taʼ xi 450 kilometru. Il-vjaġġ għamlu kollu bil-mixi, u dan ħadlu 16-il ġurnata.
Dan ir-raġel imdaħħal fiż-żmien għamel dan il-vjaġġ twil biex jattendi waħda mill-konvenzjonijiet annwali tax-Xhieda taʼ Jehovah. Wara l-konvenzjoni, ferħan se jtir u msaħħaħ spiritwalment, reġaʼ mexa lura lejn id-dar—16-il ġurnata oħra. Kien dan l-isforz vallapena? Daż-żgur li kien! Ndjaukua Ulimba għamel dan il-vjaġġ annwali għal diversi snin.
Dan ir-raġel Afrikan kien wieħed minn iktar minn 15-il miljun minn iktar minn 230 pajjiż, li attendew għall-konvenzjonijiet tax-Xhieda taʼ Jehovah s-sena l-oħra. Il-biċċa l-kbira, m’għandniex xi ngħidu, ma kellhomx għalfejn jimxu għal ġranet sħaħ biex jaslu fil-lok tal-konvenzjoni. Il-maġġuranza waslu bil-karozza, b’tal-linja, bit-trejn, jew bl-ajruplan. Kont int wieħed minnhom?
Fl-1998, se jerġgħu jsiru konvenzjonijiet madwar id-dinja, il-biċċa l-kbira fix-xhur tas-sajf (jew fl-istaġun bla xita). Jekk saħħtu tippermettilu, Ndjaukua Ulimba probabbilment se jerġaʼ jagħmel l-istess mixja twila sabiex ikun jistaʼ jattendi. Hu u miljuni t’oħrajn se jisimgħu programm prattiku, li jqawwi l-fidi, u li jsaħħaħ. Għal kulmin se jattendi, il-konvenzjoni se tkun waħda mill-iktar ġrajjiet taʼ interess speċjali tas-sena. Int ukoll mistieden kordjalment biex tattendi. Ix-Xhieda taʼ Jehovah fil-lokalità tiegħek żgur li se jieħdu pjaċir jgħidulek fejn se ssir il-konvenzjoni li tkun l-eqreb għalik.