LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 7/15 p. 32
  • “Eżempju t’Unjoni u Fratellanza”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Eżempju t’Unjoni u Fratellanza”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 7/15 p. 32

“Eżempju t’Unjoni u Fratellanza”

Waħda mara hekk iddeskriviet l-​azzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah wara li sofriet it-​telfa taʼ niket taʼ membru tal-​familja. Hi tispjega:

“Għan-​nom tiegħi u taʼ familti, nixtieq nirringrazzja lix-​Xhieda tal-​kongregazzjoni Taljana fi Freiburg, il-​Ġermanja. Bl-​eċċezzjoni taʼ ħija Antonio u martu, Anna, familti m’humiex Xhieda taʼ Jehovah. Aħna ilna nikkritikaw l-​għażla reliġjuża tagħhom, għalkemm dejjem irrispettajnieha.

“Issa, madankollu, irridu nibdlu l-​ħsieb tagħna. Fil-​fatt, esperjenzajna eżempju taʼ fratellanza u mħabba li qatt ma konna qed nistennew.

“B’sogħba, Anna kellha mewta prematura f’aċċident tat-​traffiku. Ladarba ngħixu fl-​Italja, aħna stajna nkunu qrib taʼ ħija Antonio u wliedu għal żmien qasir biss. Madankollu, ħadu ħsiebu ħutu x-​Xhieda. Huma għenuh bil-​preżenza tagħhom, bi kliemhom, bil-​fidi tagħhom, bl-​appoġġ fiżiku, morali, u ekonomiku tagħhom. Ladarba jien ma nistax nirringrazzja personalment lill-​kongregazzjoni, nixtieq nirringrazzjahom permezz tar-​rivista tagħkom għall-​eżempju tagħhom t’unjoni u fratellanza li m’aħniex se ninsew.”

Ir-rimarki ġentili taʼ din il-​mara huma apprezzati. Bħalma osservat, ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma fratellanza internazzjonali. (1 Pietru 2:17) Jikkultivaw rabtiet sodi t’affezzjoni maʼ xulxin, billi jafu li l-​imħabba “hija rabta perfetta t’unjoni.” (Kolossin 3:14, NW) Saħansitra fl-​iktar ċirkustanzi traġiċi, li jistgħu jiġu fuqna lkoll, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jżommu qrib t’Alla u tan-​nies tiegħu.—Proverbji 18:24; Koħèlet 9:11; Ġwann 13:34, 35.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja