LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 9/1 p. 32
  • Bibbja Ġdida bil-Grieg Modern

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bibbja Ġdida bil-Grieg Modern
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 9/1 p. 32

Bibbja Ġdida bil-​Grieg Modern

IT-​23 T’AWISSU, 1997, kien jum speċjali għal dawk miġburin għall-​Konvenzjoni Distrettwali “Fidi fil-​Kelma t’Alla” fil-​Greċja. Fi tmiem is-​sessjoni taʼ wara nofsinhar, ngħatat l-​aħbar li kienet ħarġet Bibbja ġdida​—in-​New World Translation of the Holy Scriptures bil-​Grieg modern. L-​udjenza ssorprendiet ruħha u wieġbet minnufih bi dmugħ taʼ ferħ u ovazzjoni twila bil-​wieqfa!

Ix-Xhieda taʼ Jehovah kienu ilhom mill-​1905 jużaw traduzzjoni tal-​Bibbja tas-​seklu 19 li kien ħariġha membru tal-​kleru tal-​Knisja Ortodossa Griega. Din il-​Bibbja kienet utli ferm għal ħafna snin. Iżda, għal xi żmien, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ħassew il-​ħtieġa għal traduzzjoni tal-​Bibbja li kienet iktar eżatta u iktar faċli biex tifhimha. Fl-​1993, huma ferħu meta ħarġet verżjoni Griega tan-​New World Translation of the Christian Greek Scriptures. Madankollu, issa kienu ferħanin ferm iżjed li kellhom il-​Bibbja kollha kemm hi bil-​Grieg modern.

Waħda Xhud li apprezzat in-​New World Translation sejħitilha “poeżija, żiffa ħelwa li ġġorr il-​leħen taʼ Jehovah, li għall-​ewwel darba nistgħu nifhmuha b’mod ċar bil-​lingwa tagħna stess.” Xi wħud bdew jaqraw il-​Bibbja ġdida tagħhom malli waslu lura d-​dar. Wieħed minn dawk li attendew għall-​konvenzjoni tant kien eċċitat li ma neħħiex il-​Bibbja minn idu qabel is-​siegħa taʼ fil-​għodu, wara li kien qara l-​ktieb kollu taʼ Ġob!

In-New World Translation of the Holy Scriptures bil-​Grieg hija r-​riżultat taʼ xi sebaʼ snin taʼ xogħol iebes u meqjus. Waħda mill-​ittri li waslu qalet: “Tistgħu tibqgħu ċerti li n-​New World Translation se tassistina ferm f’li ngħinu lil nies sinċieri jitgħallmu dwar Jehovah.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja