LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 1/1 p. 32
  • Għoli “Bħal Ċedru tal-Libanu”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għoli “Bħal Ċedru tal-Libanu”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 1/1 p. 32

Għoli “Bħal Ċedru tal-​Libanu”

FUQ il-​muntanji sbieħ tal-​Libanu jikbru siġar li huma magħrufin bħala Arz Ar-rab, li tfisser “Ċedri tal-​Mulej.” Dawn is-​siġar imponenti li dejjem iħaddru u li darba kienu jgħattu l-​muntanji, huma msemmijin xi 70 darba fil-​Bibbja​—iktar minn kwalunkwe siġra oħra.

Biex tiddeskrivi ċ-​ċedri grandjużi tal-​Libanu, l-​Iskrittura tuża l-​kliem “prima” u “maestuża.” (L-Għanja taʼ Salamun 5:15, NW; Eżekjel 17:23, NW) Id-​daqs taċ-​ċedru u l-​fatt li l-​injam tagħha jdum għal żmien twil ilhom li għamlu lil din is-​siġra popolari għall-​bini taʼ djar u xwieni kif ukoll biex minnha ssir l-​għamara. Ir-​riħa tfuħ u l-​kulur ħamrani taʼ l-​injam jattirawk, u l-​kontenut għoli li għandu tar-​resin jagħmlu reżistenti għat-​tmermir u għall-​infestazzjoni taʼ l-​insetti. Is-​siġar huma tant twal u kbar li jimpressjonawk, billi jilħqu sa 37 metru għoli u sa 12-il metru fiċ-​ċirkonferenza, u għandhom għeruq b’saħħithom li jinżlu fil-​fond. Mhux taʼ b’xejn li xi wħud minn dawk li jieħdu ħsieb il-​foresti fi żmienna ddeskrivewhom bħala “l-​glorja inkurunata tad-​dinja tal-​pjanti”!

Eżekjel, wieħed mill-​kittieba tal-​Bibbja, qabbel profetikament lill-​Messija maʼ rimja taʼ siġra taċ-​ċedru, li Alla nnifsu mbagħad ixettel. (Eżekjel 17:22) Fil-​fatt, il-​kelma Ebrajka għal “ċedru” ġejja minn għerq li jfisser “li tkun sod.” Illum, segwaċi tal-​Messija, Ġesù Kristu, bl-​istess mod għandhom bżonn ‘iżommu sħiħ fil-​fidi, . . . isaħħu ruħhom,’ bħal ċedru twil u reżiljenti. (1 Korintin 16:13) Dan kif jistaʼ jitwettaq? Billi b’mod sod nirreżistu influwenzi mhux Kristjani u b’mod riżolut nissaportu f’korsa taʼ integrità u devozzjoni lejn Alla. Dawk li jagħmlu hekk huma deskritti fil-​Bibbja bħala “bniedem ġust” li hu għoli “bħal ċedru tal-​Libanu”.—Salm 92:13 [Salm 92:12, NW].

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja