Ir-Razziżmu u r-Reliġjon
META wasalt fl-Istati Uniti fl-1978, kont nemmen li l-Amerka kienet ilha li solviet il-problemi razzjali tagħha, li s-suwed kienu ċittadini indaqs,” stqarr Mark Mathabane, kittieb imwieled fl-Afrika t’Isfel, f’intervista li saritlu mir-rivista Time. “F’ħafna aspetti, sibt li dan kien minnu. L-Istati Uniti donnha kienet mitt sena ’l quddiem meta mqabbla maʼ l-Afrika t’Isfel. Imma mbagħad bqajt imkexkex meta rrealizzajt li, fil-fond taʼ qalbhom, in-nies ftit li xejn kienu nbidlu.” X’ġagħlu jinħasad daqshekk?
“Fl-Amerka, l-iktar ħin li tara nies maqtugħin għalihom huwa nhar taʼ Ħadd fil-11 taʼ fil-għodu,” jgħid Mathabane. Hu nnota li anki fil-knisja, in-nies isibuha bi tqila biex jieħdu sehem fl-adorazzjoni flimkien maʼ nies taʼ razza oħra. “Min jaf kif iħossuhom il-bqija tal-ġimgħa?” staqsa hu. Filwaqt li sostna li l-edukazzjoni għandha tkun taʼ spinta għall-bidla, Mathabane qal: “Bl-edukazzjoni int tiġi mġiegħel taċċetta l-universalità taʼ l-esseri umani.”
Ix-Xhieda taʼ Jehovah jaqblu li l-edukazzjoni hija s-soluzzjoni, imma jirrikkmandaw b’mod speċjali l-edukazzjoni bbażata fuq il-Kelma t’Alla. Iva, il-Bibbja tgħinhom ikissru l-ħitan tal-preġudizzju razzjali—anki f’artijiet fejn il-mibegħda etnika hija mifruxa maʼ kullimkien. Kull ġimgħa fis-Swali tas-Saltna tagħhom, nies taʼ diversi razez u nazzjonalitajiet jinġabru flimkien biex jitgħallmu l-liġijiet u l-prinċipji tal-Kelma t’Alla, il-Bibbja. Ma jsir ebda ġbir taʼ flus f’dawn il-laqgħat. Int mistieden li tattendi!