LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 9/1 p. 32
  • “Ir-Raġel Kuntent taʼ Mara mill-Aħjar”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ir-Raġel Kuntent taʼ Mara mill-Aħjar”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 9/1 p. 32

“Ir-​Raġel Kuntent taʼ Mara mill-​Aħjar”

KULTANT, xi nies jippontaw subgħajhom lejn ix-​Xhieda taʼ Jehovah billi jakkużawhom li jkissru ż-​żwiġijiet. Madankollu, l-​għadd taʼ żwiġijiet, fejn parti waħda biss tkun Xhud taʼ Jehovah, li rnexxew juru li dan assolutament m’huwiex veru. Meta fil-​ħajja tal-​familja jiġu segwiti l-​pariri tal-​Bibbja, iż-​żwiġijiet ikunu ferħanin, bħalma turi din l-​ittra pubblikata f’gazzetta Franċiża.

“Issa ilni kważi 28 sena r-​raġel kuntent taʼ mara mill-​aħjar li hi waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Hi rabbiet il-​ħamest itfal tiegħi, li tnejn minnhom ma kinux tagħha, bl-​istess għożża u b’tant imħabba. Fil-​preżent jien direttur taʼ kumpanija li tħaddem 45 persuna, u nistaʼ nassigurakom li hi kkontribwit bil-​kbir għas-​suċċess professjonali tiegħi. Huwa għal din ir-​raġuni li meta rajt artiklu fil-​gazzetta li nixtri regolarment li qal li x-​Xhieda taʼ Jehovah huma taʼ theddida għar-​reġjun taʼ Lot-et-Garonne, iddeċidejt li nagħtikom testimonjanza awtorevoli.”

L-ittra tgħid ukoll: “Huma la jpejpu u lanqas jiskru. Hija din xi theddida? Huma Kristjani tolleranti li ma jimponux fuq ħaddieħor ir-​regoli li jsegwu. Pjuttost, huma taʼ eżempju f’ħafna aspetti. . . . Ma jinvolvux ruħhom fi skandli finanzjarji jew fit-​traffikar tad-​droga. Ma jiħdux xi vot tal-​kastità, u nistaʼ nassigurakom li huma jgħixu ħajja normali. . . .

“Forsi tistaqsuni: Allura, għala ma sirtx wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah? Għaliex hemm bżonn taʼ fidi Kristjana u morali stretti, u dawn ma ssibhomx faċilment fost il-​biċċa l-​kbira tan-​nies.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja