LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 10/1 p. 32
  • Dawn “Kellhom il-Biżaʼ t’Alla”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dawn “Kellhom il-Biżaʼ t’Alla”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 10/1 p. 32

Dawn “Kellhom il-​Biżaʼ t’Alla”

WAQT li l-​Iżraeliti kienu fil-​jasar fl-​Eġittu, il-​qwiebel Ebrej Sifra u Pugħa sabu ruħhom f’qagħda inkwetanti. Biex jipprova jikkontrolla l-​popolazzjoni barranija li dejjem kienet qed tikber b’rata mgħaġġla ħafna, il-​Fargħun ikkmanda lil dawn in-​nisa: “Meta twelldu lin-​nisa Għebrej, . . . jekk ikun tifel oqtluh.”—Eżodu 1:15, 16.

Sifra u Pugħa “beżgħu minn Alla [“kellhom il-​biżaʼ t’Alla,” KŻ],” u għalhekk kienu kuraġġużi u “ma għamlux kif qalilhom is-​sultan taʼ l-​Eġittu.” Minflok, huma ppreservaw ħajjin lit-​trabi subien, għalkemm din il-​waqfa qalbiena setgħet switilhom ħajjithom. Jehovah “għamel il-​ġid mal-​qwiebel,” u ppremjahom għall-​azzjonijiet tagħhom li salvaw il-​ħajjiet.—Eżodu 1:17-21.

Dan ir-​rakkont jenfasizza l-​apprezzament li Jehovah għandu għal dawk li jaqduh. Hu setaʼ qies dak li għamlu Sifra u Pugħa, għalkemm dan kien jirrifletti kuraġġ, bħala sempliċi att umanitarju. Wara kollox, ebda mara f’sensiha ma tasal biex toqtol it-​trabi! Xorta waħda, Jehovah bla dubju kkunsidra l-​fatt li xi bnedmin, minħabba l-​biżaʼ mill-​bniedem, ikkommettew atti tassew mistkerrha. Kien jaf li dawn il-​qwiebel ma kinux imqanqlin biss mill-​qalb tajba lejn il-​bnedmin sħabhom imma wkoll mill-​biżaʼ minnu u d-​devozzjoni tagħhom lejh.

Kemm għandna għalxiex inkunu grati li dak Alla li lilu naqdu hu Alla li jagħti kas taʼ l-​atti tagħna taʼ fedeltà! Veru, forsi ħadd minna qatt ma ffaċċja l-​prova taʼ fidi li kellhom jiffaċċjaw Sifra u Pugħa. Madankollu, meta nieħdu waqfa soda għal dak li hu tajjeb​—sew jekk inkunu l-​iskola, fuq il-​post tax-​xogħol, jew fi kwalunkwe sitwazzjoni oħra—​Jehovah ma jissottovalutax l-​imħabba leali tagħna lejh. Għall-​kuntrarju, hu “jagħti l-​ħlas xieraq lil dawk li jfittxuh.” (Lhud 11:6) Iva, “Alla m’hux se jkun hekk inġust li jinsa dak li intom għamiltu u l-​imħabba li wrejtu lejn ismu meta qdejtu u għadkom taqdu lill-​qaddisin.”—Lhud 6:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja