LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 12/15 p. 32
  • “Kif Nistgħu Nqajmuhom lill-Parruċċani Tagħna?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Kif Nistgħu Nqajmuhom lill-Parruċċani Tagħna?”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 12/15 p. 32

“Kif Nistgħu Nqajmuhom lill-​Parruċċani Tagħna?”

DIN il-​mistoqsija, li tqajmet reċentement mir-​rivista Kattolika Franċiża Famille Chrétienne (Familja Kristjana), ma tgħaġġibhom xejn lil ħafna nies. Il-​Kardinal Britanniku Hume saħansitra sejħilhom “ġganti reqdin” lill-​parruċċani. Ġew proposti gruppi mill-​knisja tal-​parroċċa sabiex jippridkaw lil oħrajn ħalli jqumu minn din ir-​raqda. “Evanġelizzar dirett b’metodi ġodda,” isejjaħlu qassis Taljan. Għalkemm reċentement il-​Papa inkuraġġixxa inizjattivi bħal dawn, mhux kulħadd jara l-​bżonn li jaqsam il-​fidi tiegħu.

Pigi Perini, kappillan f’Milan, dan l-​aħħar żar l-​Afrika, fejn kien hemm soru li qaltlu: “Ili hawnhekk 40 sena, u rnexxieli ma nsemmihx darba l-​isem taʼ Ġesù sabiex ma neqridx il-​kultura Afrikana.” Il-​kappillan jikkonkludi: “M’għadniex nitkellmu iktar dwar Ġesù, m’għadniex naċċettawh iktar lil Ġesù, m’għadniex nippridkawh iktar l-​evanġelju!” Iżda, għal ħafna oħrajn, l-​ippridkar huwa parti importanti minn ħajjithom u mod biex jibqgħu mqajmin spiritwalment. Pigi Perini jammetti: “Tiltaqaʼ maʼ tnejn min-​nies fis-​suq li jitkellmu dwar Kristu, jew li jġorru Bibbja taħt dirgħajhom, u int tgħid bejnek u bejn ruħek: Ara, ix-​Xhieda taʼ Jehovah!”

Miljuni taʼ nies jieħdu pjaċir jiddiskutu l-​Kelma t’Alla max-​Xhieda taʼ Jehovah. Bla dubju, ix-​Xhieda għamlu arranġamenti għal diskussjonijiet fuq il-​Bibbja fil-​komunità tiegħek. Bħal fl-​ewwel seklu, dawn il-​Kristjani żelużi jinkuraġġixxu lil xulxin biex jaqsmu l-​fidi tagħhom m’oħrajn. Il-​postijiet tagħhom fejn jiltaqgħu (imsejħin Swali tas-​Saltna) huma postijiet mimlijin imħabba u ħbiberija. Għala ma tattendix waħda mil-​laqgħat irranġati mix-​Xhieda taʼ Jehovah u tara kif tistaʼ tiġġildilha din ir-​raqda spiritwali?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja