LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 4/1 p. 32
  • Okkażjoni Speċjali—Int se Tkun Hemm?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Okkażjoni Speċjali—Int se Tkun Hemm?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 4/1 p. 32

Okkażjoni Speċjali—Int se Tkun Hemm?

F’ĠURNATA memorabbli ’l fuq minn 3,500 sena ilu, Alla Jehovah qabbad lil kull familja Iżraelija mjassra fl-​Eġittu biex toqtol ħaruf jew gidi u troxx id-​demm tiegħu fuq il-​ġnub u l-​blata taʼ fuq il-​bibien taʼ djarhom. Dak il-​lejl stess, l-​anġlu t’Alla qabeż id-​djar immarkati b’dan il-​mod imma qatel l-​ewwel imwieled fid-​djar taʼ l-​Eġizzjani kollha. L-​Iżraelin imbagħad ġew meħlusin. Fl-​anniversarju taʼ din il-​ġrajja, il-​Lhud iċċelebraw il-​Qbiż.

Immedjatament wara li Ġesù Kristu temm l-​aħħar ċelebrazzjoni tiegħu tal-​Qbiż maʼ l-​appostli tiegħu, hu istitwixxa ikla li kellha tfakkar il-​mewt tiegħu bħala sagrifiċċju. Hu newwel lill-​appostli tiegħu ħobż bla ħmira u qal: “Ħudu, kulu, dan hu ġismi.” Imbagħad hu tahom kies bl-​inbid u qal: “Ixorbu lkoll minnu, għax dan huwa demmi, id-​demm tal-​Patt, li jixxerred għall-​kotra għall-​maħfra tad-​dnubiet.” Ġesù qal ukoll: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Mattew 26:​26-28; Luqa 22:​19, 20) Għalhekk, Ġesù kkmanda lis-​segwaċi tiegħu biex jiċċelebraw din l-​osservanza tal-​mewt tiegħu.

Din is-​sena l-​anniversarju tal-​mewt taʼ Ġesù se jaħbat l-​Erbgħa, 19 t’April, wara nżul ix-​xemx. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah madwar id-​dinja se jinġabru f’dan il-​lejl speċjali biex josservaw dan il-​Mafkar bil-​mod li ried Ġesù. Int mistieden mill-​qalb biex tingħaqad magħna bħala osservatur. Jekk jogħġbok iċċekkja max-​Xhieda taʼ Jehovah lokalment għall-​ħin preċiż u l-​post taʼ din il-​laqgħa speċjali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja