LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 6/1 p. 32
  • Nibqgħu Leali lejn Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nibqgħu Leali lejn Jehovah
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 6/1 p. 32

Nibqgħu Leali lejn Jehovah

GĦALKEMM il-​lealtà hija xi ħaġa imprezzabbli li rari ssibha llum, din hija kwalità li jintgħarfu minnha l-​qaddejja taʼ dak Alla veru, Jehovah. Xi ħadd leali jibqaʼ sod waqt li jkun għaddej mill-​provi u ma jċedix avolja jgħaddu ħafna snin. Ikkunsidra lis-​Sultan twajjeb Ħeżekija. “Warajh ma kien hemm ħadd bħalu fost is-​slaten kollha taʼ Ġuda, la taʼ warajh u lanqas taʼ qablu,” tistqarr il-​Bibbja. X’kien li għamlu daqshekk uniku lil Ħeżekija? Hu “kien miġbud lejn il-​Mulej [“tqabbad mal-​Mulej,” Saydon],” avolja kien imdawwar minn dawk li kienu jaduraw lill-​alla falz Molek. Iva, Ħeżekija “ma warrab qatt minn warajh [minn wara Jehovah]; u kien iħares l-​ordnijiet tiegħu.”—2 Slaten 18:​1-6.

L-appostlu Pawlu kien xi ħadd ieħor li baqaʼ leali lejn Jehovah. Fl-​Iskrittura Griega Kristjana nsibu rekord tal-​ministeru tiegħu li jagħti xiehda ħajja dwar kemm Pawlu dejjem baqaʼ jaqdi lil Alla b’ruħu kollha. Meta kien wasal biex itemm il-​korsa tiegħu fuq l-​art, Pawlu setaʼ jgħid dan dwaru nnifsu: “Tqabadt it-​taqbida t-​tajba, temmejt il-​ġirja, ħarist il-​fidi.”—2 Timotju 4:7.

X’eżempji mill-​aħjar taʼ lealtà huma għalina Ħeżekija u Pawlu! Jalla nimitaw il-​fidi tagħhom billi nibqgħu leali lejn Jehovah, dak Alla Grandjuż tagħna.—Lhud 13:7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja