LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 12/15 p. 32
  • “Xi Ħaġa li Għandha Tferraħ lil Kulħadd”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Xi Ħaġa li Għandha Tferraħ lil Kulħadd”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 12/15 p. 32

“Xi Ħaġa li Għandha Tferraħ lil Kulħadd”

TUVALU huwa pajjiż sabiħ magħmul minn disaʼ gżejjer fil-​Paċifiku tan-​Nofsinhar, u li għandu popolazzjoni taʼ madwar 10,500 ruħ. Madankollu, billi fehmu li Alla “jrid li l-​bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-​verità,” ix-​Xhieda taʼ Jehovah tal-​lokal xtaqu ħafna li jkollhom il-​pubblikazzjonijiet tal-​Bibbja fil-​lingwa tagħhom stess. (1 Timotju 2:4) Din kienet sfida kbira, ladarba ma kienx jeżisti dizzjunarju f’din il-​lingwa. Fl-​1979, ċertu missjunarju tax-​Xhieda taʼ Jehovah li kien qed iservi f’Tuvalu daħal għal din l-​isfida. Hu u martu, li kienu jgħixu maʼ familja tal-​lokal, tgħallmu l-​lingwa, u bil-​mod il-​mod għamlu lista taʼ kliem Tuvalwan. Sa l-​1984, il-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq l-​Art ġie pubblikat bit-​Tuvalwan mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

Dak li qabel kien il-​prim ministru taʼ Tuvalu, Dr. T. Puapua, kiteb ittra biex juri l-​apprezzament tiegħu għall-​ktieb Tgħix Għal Dejjem. Hu kiteb: “Dan il-​ktieb jistaʼ jingħadd bħala żjieda ġdida u vitali maʼ l-​iktar ‘teżori’ importanti taʼ Tuvalu. Għandkom tħossukom verament henjin għax-​xogħol li għamiltu—ix-​xogħol eċċellenti li tibnu l-​ħajja spiritwali tan-​nies f’dan il-​pajjiż. Jien nemmen li dan il-​ktieb se jitniżżel fl-​istorja taʼ Tuvalu fejn jidħol l-​istampar taʼ kotba edukattivi. . . . Din [il-biċċa xogħol] hija xi ħaġa li għandha tferraħ lil kulħadd.”

Il-lista taʼ kliem li kien ġabar it-​traduttur tul iż-​żmien, wasslet biex fl-​1993 ġie pubblikat dizzjunarju mit-​Tuvalwan għall-​Ingliż. Dan kien l-​ewwel dizzjunarju f’din il-​lingwa għall-​użu tal-​pubbliku in ġenerali. Reċentement, il-​Bord tal-​Lingwa Nazzjonali taʼ Tuvalu talab il-​permess biex jużah ħalli jkunu jistgħu jagħmlu l-​ewwel dizzjunarju fil-​lingwa tal-​pajjiż.

Mill-1 taʼ Jannar, 1989, bdiet tiġi pubblikata edizzjoni taʼ kull xahar tar-​rivista t-​Torri taʼ l-​Għassa bit-​Tuvalwan. Jekk qed taqra din ir-​rivista fit-​tieni lingwa tal-​pajjiż tiegħek, għala ma tiċċekkjax f’paġna 2 biex tara jekk It-​Torri taʼ l-​Għassa jeżistix fil-​lingwa ewlenija tiegħek? Bla dubju, li taqra din ir-​rivista fil-​lingwa tiegħek stess se jġiblek ferm iktar ferħ.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja