LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 3/1 pp. 3-4
  • Tistaʼ Int Tkun Verament Ferħan?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Int Tkun Verament Ferħan?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Kif issib din it-triq
    Stenbaħ!—2018
  • Ferħ Veru f’li Naqdu lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Kif Insibu l-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kif Issib il-Ferħ Veru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 3/1 pp. 3-4

Tistaʼ Int Tkun Verament Ferħan?

GEORGE kellu tbissima għal kulħadd. Kien iħoss li l-​ħajja kienet rigal prezzjuż li għandek tgawdih. Il-​ferħ u l-​ottimiżmu kienu parti minnu, u fi xjuħitu dawn il-​kwalitajiet spikkaw iktar għaliex xorta kien jurihom avolja kien ikun muġugħ. Lil George kulħadd kien jafu bħala bniedem ferrieħi, u hekk baqaʼ sa ma miet. Tħossok int hieni bħal George? Tqis kull ġurnata bħala rigal li għandek tgawdih? Jew tħossok indifferenti jew xi ftit beżgħan x’ħin tiftakar li se tibda ġurnata oħra? Hemm xi ħaġa li qed tħalliha tisraqlek il-​ferħ?

Il-​ferħ ġie definit bħala stat fejn wieħed iħossu kważi dejjem tajjeb. Jinkludi emozzjonijiet li jvarjaw minn kuntentizza għal hena kbir u profond, flimkien maʼ xewqa naturali biex dan l-​istat jibqaʼ sejjer bla waqfien. Jeżisti verament dan it-​tip taʼ ferħ?

Illum, il-​mentalità li qed tiġi enfasizzata fis-​soċjetà hi li wieħed jistaʼ jkun ferħan biss jekk ikun sinjur biżżejjed. Miljuni taʼ nies dejjem għaddejjin fi sforz sfrenat biex isiru sinjuri. Minħabba f’hekk, ħafna minnhom jissagrifikaw relazzjonijiet persunali u affarijiet importanti oħra fil-​ħajja. Bħal nemel iħaffru fil-​ħamrija, dejjem jiġru ’l hemm u ’l hawn, u ftit isibu ħin biex jaħsbu dwar dak li jkunu qed jagħmlu u dwar xulxin. Mela mhux taʼ b’xejn li “n-​numru taʼ nies li nstabu li kienu qed ibatu minn dipressjoni jibqaʼ dejjem jiżdied,” jgħid rapport fil-​Los Angeles Times, “u iktar ma jgħaddi żmien iktar qed isofru [mid-dipressjoni] taʼ età dejjem iżgħar. . . . Il-​kalmanti qegħdin fil-​quċċata tal-​lista tal-​pilloli li l-​iktar li jinbiegħu.” Hemm miljuni taʼ nies li jibdew jieħdu d-​drogi jew jipprovaw jinsew il-​problemi tagħhom billi jagħtuha għax-​xorb. Xi wħud jinfexxu fix-​xiri meta jħossuhom dipressi. Fi stħarriġ wieħed, “in-​nisa kienu l-​iktar suxxettibbli għal din it-​terapija taʼ xiri,” tgħid il-​gazzetta Ingliża The Guardian. “In-​nisa x’aktarx li kienu jinfexxu fix-​xiri meta jkunu dipressi tliet darbiet iktar mill-​irġiel.”

Madankollu, il-​ferħ veru la jistaʼ jinstab f’xi ħanut, la f’xi flixkun, la f’xi pillola, la f’xi siringa, u lanqas f’xi kont bankarju. Il-​ferħ m’huwiex xi ħaġa li tistaʼ tinxtara. Dan jistaʼ jinkiseb bla ħlas. Fejn nistgħu nsibu rigal prezzjuż bħal dan? Dan se niddiskutuh fl-​artiklu li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja