LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 5/1 p. 19
  • L-Isem t’Alla Jiġi Mnaddaf minn Kull Tmaqdir

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Isem t’Alla Jiġi Mnaddaf minn Kull Tmaqdir
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Kif Nistaʼ Ningwalaha mat-Teacher
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • if Nistaʼ Ningwalaha mal-Għalliem Tiegħi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 5/1 p. 19

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

L-​Isem t’Alla Jiġi Mnaddaf minn Kull Tmaqdir

IL-​KELMA t’Alla, il-​Bibbja, tgħid: “Ġibu rwieħkom sewwa qalb il-​pagani biex, jekk huma jgħidu fuqkom bħallikieku kontu nies ħżiena, jaraw sewwa l-​għemil tajjeb tagħkom u jsebbħu ’l Alla meta jasal jum iż-​żjara tiegħu.” (1 Pietru 2:12) Għalhekk, il-​Kristjani veri jagħmlu ħilithom kollha biex ikollhom kondotta mill-​aħjar ħalli ma jġibux tmaqdir fuq l-​isem taʼ Jehovah.

F’Senanga, belt li tinsab fl-​inħawi iżolati taz-​Zambja, kien hemm għalliem taʼ l-​iskola li serqulu r-​radju mid-​dar tiegħu. Minħabba li x-​Xhieda taʼ Jehovah kienu ppridkaw f’dawk l-​inħawi, dan ir-​raġel akkużahom li kienu huma li serquhulu. Hu għamel rapport lill-​pulizija dwar dan, u beda jsostni li kienu x-​Xhieda li serqulu r-​radju. Bħala prova li x-​Xhieda kienu marru d-​dar tiegħu, hu ppreżenta fuljett li kien sab fl-​art. Madankollu, il-​pulizija ma ridux jemmnuh. Huma ssuġġerewlu li jerġaʼ jmur ifittex iktar bir-​reqqa.

Ix-Xhieda li kienu ħadmu fl-​inħawi taʼ dak l-​għalliem f’dik il-​ġurnata ġew inkuraġġiti mill-​ġemgħa taʼ l-​anzjani biex imorru jkellmu lil dak l-​għalliem dwar il-​kwistjoni. Xi aħwa marru jkellmuh, u spjegawlu li riedu jnaddfu l-​isem taʼ Jehovah minn kull tmaqdir. Matul id-​diskussjoni li kellhom, huma qalulu li kienu ltaqgħu maʼ żagħżugħ fid-​dar tiegħu u tawh fuljett. X’ħin dawn iddeskrivew liż-​żagħżugħ, l-​għalliem induna min kien. Fil-​fatt kien membru taʼ l-​istess reliġjon tiegħu. L-​għalliem kellem liż-​żagħżugħ, imma dan ċaħad l-​akkużi kollha. Imbagħad, l-​għalliem iddiskuta l-​kwistjoni mal-​ġenituri taż-​żagħżugħ u mar lura d-​dar. Lanqas laħqet għaddiet siegħa li ma marritx għandu omm iż-​żagħżugħ bir-​radju misruq.

Ir-rimors ma ħalliehx kwiet lill-​għalliem. Għalhekk, hu mar ikellem lill-​ġemgħa taʼ l-​anzjani u talabhom jaħfrulu taʼ l-​akkużi foloz li kien għamel. L-​anzjani aċċettawha l-​apoloġija tiegħu imma talbuh jgħid pubblikament dak li kien ġara sabiex kulħadd isir jaf li x-​Xhieda kienu innoċenti. Sar avviż fl-​iskola, u b’hekk l-​isem taʼ Jehovah ġie mnaddaf minn kull tmaqdir. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jistgħu jibqgħu jippridkaw bil-​libertà kollha f’dawn l-​inħawi.

[Mappep/Stampa f’paġna 19]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

AFRIKA

Zambja

[Sors]

Mountain High Maps® Copyright © 1997 Digital Wisdom, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja