LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 10/15 p. 32
  • “Fl-Aħħar Sirt Naf x’Għandi Ħażin!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Fl-Aħħar Sirt Naf x’Għandi Ħażin!”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 10/15 p. 32

“Fl-​Aħħar Sirt Naf x’Għandi Ħażin!”

DAN huwa kif ħassu wieħed raġel f’Tokyo meta qara l-​bijografija fil-​ħarġa taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 2000, taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa. L-​artiklu kien jismu “Intom Ma Tafux X’Għad Isir Għada,” u kien jirrakkonta l-​esperjenza taʼ ħu li kien missjunarju u li għandu marda magħrufa b’mod mediku bħala manic-depressive psychosis.

F’ittra indirizzata lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista, ir-​raġel minn Tokyo qal: “Is-​sintomi li hemm spjegati fl-​artiklu huma eżatt li nħoss jien. Għalhekk mort fi sptar mentali u sirt naf li għandi l-​manic depression. It-​tabib li eżaminani baqaʼ mistagħġeb. Hu qalli, ‘Nies li għandhom din il-​marda rari jaħsbu li huma morda.’ Ġejt megħjun nagħraf il-​marda qabel ma waslet fi stat avanzat wisq.”

Miljuni taʼ nies madwar id-​dinja jibbenefikaw b’diversi modi billi jaqraw kull ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa u r-​rivista li toħroġ magħha, Stenbaħ! Huma jsibu li l-​artikli huma informattivi u jagħtuhom sodisfazzjon. Ir-​rivista t-​Torri taʼ l-​Għassa issa hija stampata f’141 lingwa, u Stenbaħ! tiġi pubblikata f’86 lingwa. Int ukoll tistaʼ tieħu pjaċir taqra It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! regolarment.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja