LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 11/1 p. 32
  • Qerrieda tas-Siġar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qerrieda tas-Siġar
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 11/1 p. 32

Qerrieda tas-​Siġar

FI ŻMINIJIET Bibliċi, is-​siġar kienu meqjusin bħala xi ħaġa taʼ valur. Per eżempju, meta Abraham xtara post biex jidfen lill-​maħbuba martu, Sara, is-​siġar kienu miktubin fil-​kuntratt għat-​trasferiment tal-​propjetà.​—Ġenesi 23:15-​18.

Bl-istess mod illum, is-​siġar huma taʼ valur kbir, u ħafna attenzjoni internazzjonali qed tiġi ffokata fuq il-​ħarsien tal-​foresti. Il-​ktieb State of the World 1998 jgħid, li waqt li ħafna nies f’pajjiżi tat-​tramuntana jinkwetaw dwar il-​foresti tropikali, forsi dawn m’humiex konxji tal-​foresti li jinsabu f’pajjiżhom stess. Fil-​fatt dawn il-​foresti huma l-​iktar imxerrdin u li għandhom l-​iktar problemi fost it-​tipi kollha taʼ foresti. X’qed jhedded is-​saħħa tal-​foresti f’dawn il-​pajjiżi tat-​tramuntana taʼ l-​Ewropa u l-​Amerika taʼ Fuq? Ħafna nies jippontaw lejn it-​tqaċċit tas-​siġar, imma hemm forzi oħrajn li bil-​mod il-​mod qegħdin jeqirdu s-​siġar, waħda waħda, biex ngħidu hekk. Dawn x’inhuma? It-​tniġġis taʼ l-​arja u x-​xita aċiduża. Dawn is-​sustanzi velenużi fl-​ambjent jistgħu maż-​żmien idgħajfu s-​siġar, u b’hekk isiru esposti għall-​attakki mill-​insetti qerrieda u l-​mard.

Għal għaxriet taʼ snin, ambjentalisti u ċittadini konċernati wissew dwar il-​ħtieġa li nieħdu ħsieb l-​ekosistema. Fis-​snin tmenin tas-​seklu 20, wara li xi xjenzati fil-​Ġermanja studjaw l-​effetti tat-​tniġġis taʼ l-​arja u x-​xita aċiduża fuq l-​ambjent, huma kkonkludew: ‘Jekk ma jsir xejn dwar dan, madwar is-​sena 2000 in-​nies se jkunu jistgħu jammiraw il-​foresti f’ritratti antiki u fil-​films biss.’ B’ferħ, il-​qawwa riproduttiva taʼ l-​art hija magħmula b’tali mod li s’issa għenet biex tirreżisti ħafna mill-​ħsara li ssemmiet.

Iżda, fl-​aħħar mill-​aħħar, huwa Alla li se jħares l-​ekosistema tagħna. “Inti [Alla] ssaqqi l-​muntanji mill-​imħażen għolja tiegħek” u “tnibbet il-​ħdura għall-​bhejjem, u l-​ħxejjex li bihom jinqeda l-​bniedem.” Hu wiegħed ukoll li se ‘jeqred lil dawk li qegħdin jeqirdu d-​dinja.’ (Salm 104:13, 14; Apokalissi 11:18) Kemm se jkun taʼ l-​għaġeb meta dawk kollha li jgħixu fuq l-​art se jkunu jistgħu jgawdu għal dejjem dinja mingħajr tniġġis!​—Salm 37:​9-​11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja