LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 12/1 p. 32
  • “Fid-Dawl Tiegħek Naraw id-Dawl”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Fid-Dawl Tiegħek Naraw id-Dawl”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 12/1 p. 32

“Fid-​Dawl Tiegħek Naraw id-​Dawl”

ID-​DAWL huwa xi ħaġa li ma tantx napprezzawha sakemm jinqataʼ u kulfejn tħares ikun hemm dlam ċappa. B’ferħ, l-​“impjant taʼ l-​elettriku” li għandna fis-​sema—ix-​xemx—huwa totalment taʼ min joqgħod fuqu. U grazzi għad-​dawl li jiġi mix-​xemx, aħna nistgħu naraw, nieklu, nieħdu n-​nifs, u ngħixu.

Ladarba d-​dawl huwa essenzjali għall-​ħajja, m’għandniex nissorprendu ruħna li fil-​ktieb tal-​Ġenesi naqraw li d-​dawl deher fl-​ewwel jum tal-​ħolqien. “Qal Alla: ‘Ħa jkun id-​dawl.’ U d-​dawl sar.” (Ġenesi 1:3) Irġiel devoti bħas-​Sultan David dejjem irrikonoxxew lil Jehovah bħala s-​sors tal-​ħajja u d-​dawl. “Għandek hemm l-​għajn tal-​ħajja,” kiteb David. “Fid-​dawl tiegħek naraw id-​dawl.”—Salm 36:10 (36:​9, NW).

Il-kliem taʼ David japplika kemm letteralment kif ukoll figurattivament. L-​Encyclopædia Britannica tgħid: “Ċertament li d-​dawl huwa responsabbli għas-​sensazzjoni tal-​vista.” Din imbagħad iżżid: “Tasal iktar informazzjoni għand il-​moħħ uman permezz taʼ l-​għajnejn milli permezz taʼ kwalunkwe organu tas-​sensi ieħor.” Peress li ħafna minn dak li nitgħallmu jiddependi mill-​għotja tal-​vista—li għandha bżonn id-​dawl biex tiffunzjona sew—id-​dawl jintuża wkoll b’mod figurattiv fl-​Iskrittura.

B’hekk, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Jiena d-​dawl tad-​dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-​dlam, iżda jkollu d-​dawl tal-​ħajja.” (Ġwann 8:12) Id-​dawl figurattiv li rrefera għalih Ġesù kien il-​messaġġ tal-​verità li ppriedka u li setaʼ jdawwal l-​imħuħ u l-​qlub tas-​semmiegħa tiegħu. Wara snin sħaħ taʼ dlam spiritwali, id-​dixxipli taʼ Ġesù fl-​aħħar setgħu jifhmu l-​iskop t’Alla għall-​bnedmin u t-​tama tas-​Saltna. Dan kien verament “dawl tal-​ħajja,” ladarba dan l-​għarfien setaʼ jwassal għall-​ħajja eterna. “Din hi l-​ħajja taʼ dejjem,” qal Ġesù meta kien qed jitlob lil Missieru tas-​sema, “li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.” (Ġwann 17:3) Jalla napprezzawh dejjem dan id-​dawl spiritwali!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja