LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 12/15 pp. 28-29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • “Il-​Kap tal-​Mara Hu r-​Raġel”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 12/15 pp. 28-29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Kif tistaʼ mara Kristjana miżżewġa żżomm bilanċ bejn il-​lealtà tagħha lejn Alla u s-​sottomissjoni lejn żewġha li ma jemminx jekk hu jieħu sehem f’attivitajiet taʼ xi festa reliġjuża?

Biex tagħmel hekk hemm bżonn taʼ l-​għerf u t-​tattika. Iżda hi qed tagħmel sew li tistinka biex iżżomm bilanċ fiż-​żewġ obbligazzjonijiet tagħha. Ġesù ta parir dwar sitwazzjoni li tixtiebah: “Mela agħtu lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, u lil Alla dak li hu taʼ Alla.” (Mattew 22:21) Veru, hawn Ġesù kien qed jitkellem dwar l-​obbligu lejn il-​gvernijiet, li iktar tard lill-​Kristjani ntqalilhom biex ikunu sottomessi lejhom. (Rumani 13:1) Madankollu, il-​parir tiegħu japplika wkoll għal mara Kristjana miżżewġa li tkun trid iżżomm bilanċ bejn l-​obbligu tagħha lejn Alla u s-​sottomissjoni Skritturali lejn żewġha, anki jekk dan ma jkunx jemmen.

L-ebda individwu li hu familjari mal-​Bibbja m’hu se jiċħad li din tenfasizza li l-​ewwel obbligu tal-​Kristjan hu lejn Alla li Jistaʼ Kollox, li jkun leali lejh il-​ħin kollu. (Atti 5:29) Xorta waħda, f’ħafna sitwazzjonijiet adoratur leali jistaʼ jaddatta ruħu għat-​talba jew il-​ħtieġa taʼ xi ħadd li ma jemminx u li għandu l-​awtorità filwaqt li ma jiħux sehem miegħu fil-​ksur tal-​liġijiet għolja t’Alla.

Eżempju li nitgħallmu ħafna minnu huwa dak tat-​tliet Ebrej, bħalma huwa rakkontat f’Danjel kapitlu 3. L-​awtorità fil-​gvern taʼ żmienhom li kien Nabukodonosor, ħareġ id-​digriet li kemm huma u kemm oħrajn kellhom ikunu preżenti fil-​wita taʼ Dura. Peress li rrealizzaw li l-​qima falza kienet se tkun involuta, it-​tliet Ebrej wisq probabbli kienu jippreferu jevitaw li jkunu preżenti. Forsi Danjel setaʼ jġib xi skuża biex ma jkunx hemm, iżda dawn it-​tlieta ma setgħux.a Għalhekk huma obdew sal-​punt li marru hemmhekk, iżda ma kinux lesti jieħdu—u ma ħadux—sehem fl-​ebda azzjoni ħażina.—Danjel 3:​1-18.

Bl-istess mod, fi żmien il-​festi raġel miżżewweġ li ma jemminx jistaʼ jitlob lil martu tagħmel xi ħaġa li bħala Kristjana tkun tixtieq tevitaha. Ikkunsidra xi eżempji: Jgħidilha biex issajjarlu ċertu tip taʼ ikel fil-​jum li hu u oħrajn se jkunu qed jiċċelebraw il-​festa. Jew ikun irid bilfors li l-​familja tiegħu (inkluż martu) żżur lill-​qraba f’dak il-​jum għal xi ikla jew sempliċement biex jissieħbu flimkien. Jew anki qabel il-​festa, hu jistaʼ jistaqsiha biex meta tkun qed tagħmel ix-​xirja tagħha, tixtri xi affarijiet għalih—ikel assoċjat mal-​festa, affarijiet li se jużahom bħala rigali, jew karti dekorattivi għall-​kisi tar-​rigali u kartolini biex jibgħathom magħhom.

Għal darb’oħra, il-​mara Kristjana għandha tkun determinata li ma tiħux sehem f’atti marbutin maʼ reliġjon falza. Iżda xi ngħidu għal rikjesti bħal dawn? Hu l-​kap tal-​familja, u l-​Kelma t’Alla tgħid: “Intom, nisa miżżewwġa, obdu lil żwieġkom, kif għandu jkun fil-​Mulej.” (Kolossin 3:18) F’każijiet bħal dawn, tistaʼ hi turi sottomissjoni bħala mara miżżewġa u fl-​istess ħin tkun leali lejn Alla? Hi trid tiddeċiedi kif se żżomm bilanċ bejn l-​ubbidjenza lejn żewġha u l-​ubbidjenza lejn Jehovah, li tiġi l-​ewwel u qabel kollox.

Jistaʼ jkun hemm drabi oħra li fihom żewġha jistaqsiha biex issajjarlu ċertu tip taʼ ikel, forsi għax ikun il-​favorit tiegħu inkella għax imdorri jiekol dak it-​tip taʼ ikel f’ċertu staġun partikulari. Hi tkun tixtieq turi l-​imħabba tagħha lejh u tirrikonoxxi l-​istat taʼ kap tiegħu. Tistaʼ tagħmel hekk anki jekk jitlobha tagħmel dan f’okkażjoni taʼ xi festa? Xi nisa Kristjani forsi jistgħu jagħmlu dan b’kuxjenza nadifa, billi jqisuha bħala parti normali mit-​tħejjija taʼ l-​ikla taʼ kuljum. Żgur li l-​ebda Kristjana leali m’hi se tassoċja xi ikel maʼ xi tifsira li għandha x’taqsam mal-​festa, anki jekk ir-​raġel tagħha jagħmel hekk. Bl-​istess mod, forsi hu jkun irid li hi tkun miegħu meta jżur lill-​qraba f’ċerti żminijiet kull xahar jew kull sena. Tistaʼ tagħmel dan anki jekk ikun f’jum taʼ xi festa? Jew is-​soltu, tkun hi lesta li tixtrilu dak li jitlobha waqt li tkun qed tagħmel ix-​xirja tagħha, mingħajr ma toqgħod taħseb x’se jagħmel hu min-​naħa tiegħu bl-​affarijiet li tixtrilu?

M’għandniex xi ngħidu, il-​mara Kristjana għandha taħseb dwar l-​oħrajn—l-​effett fuqhom. (Filippin 2:4) Hi tixtieq tevita li tagħti l-​impressjoni li għandha x’taqsam mal-​festa, bħalma t-​tliet Ebrej wisq probabbli ppreferew li l-​oħrajn ma jarawhomx sejrin lejn il-​wita taʼ Dura. Allura forsi tistaʼ tuża t-​tattika u tipprova tirraġuna maʼ żewġha. Minħabba li jkun jimpurtah minn kif tħossha hi, dan forsi jaċċetta li jagħmel l-​affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-​festa waħdu, u b’hekk jogħġob lil martu li tħobbu u tirrispettah. Hu għandu mnejn jifhem kemm ikun għaqli li jevita sitwazzjoni li tistaʼ tkun imbarazzanti għalihom it-​tnejn jekk hi jkollha tirrifjuta li tieħu sehem f’attivitajiet li huma marbutin maʼ reliġjon falza. Iva, li tiddiskuti bil-​kalma minn qabel jistaʼ jwassal għal soluzzjoni paċifika.—Proverbji 22:3.

Fl-aħħarnett, il-​Kristjana leali għandha tqis il-​fatti u mbagħad tiddeċiedi x’għandha tagħmel. L-​ubbidjenza lejn Alla għandha tiġi l-​ewwel, bħalma ġara fil-​każ tat-​tliet Ebrej. (1 Korintin 10:31) B’dan f’moħħha, il-​mara Kristjana (jew, il-​Kristjan) trid tiddeċiedi għaliha nfisha liema affarijiet tistaʼ tagħmel bla ma tidħol f’kompromess meta tintalab tagħmel xi ħaġa minn xi ħadd li għandu l-​awtorità fil-​familja jew fil-​komunità.

[Nota taʼ taħt]

a Ara “Mistoqsijiet mill-​Qarrejja” f’It-Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’Awissu, 2001.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja