LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 2/15 p. 32
  • X’Inhu l-Prezz taʼ Kuxjenza Nadifa?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhu l-Prezz taʼ Kuxjenza Nadifa?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 2/15 p. 32

X’Inhu l-​Prezz taʼ Kuxjenza Nadifa?

“IL-​GVERN Ordnat Jieħu R$20,000.” Dan it-​titlu mhux tas-​soltu deher dan l-​aħħar fuq il-​gazzetta Brażiljana Correio do Povo. L-​artiklu rrakkonta l-​istorja taʼ Luiz Alvo de Araújo, pustier tal-​lokal, li kien biegħ biċċa art lill-​gvern taʼ l-​istat. Wara li ffirma biex l-​art tgħaddi f’idejn l-​istat, Luiz baqaʼ skantat meta skopra li kien tħallas R$20,000 (madwar Lm3,650) iktar mill-​prezz li kienu ftehmu dwaru!

Li jagħti lura l-​flus żejda ma kinitx xi ħaġa ħafifa. Wara ħafna żjajjar għal xejn fid-​dipartimenti tal-​gvern, Luiz ngħata l-​parir li jqabbad avukat u jirranġa l-​kwistjoni bil-​qorti. “Milli jidher xi ħadd ħa żball, u minħabba rqaqat uffiċjali li jieħdu ħafna żmien, ħadd ma kien jaf kif jirranġa l-​kwistjoni,” qal l-​imħallef li qataʼ s-​sentenza biex il-​gvern jieħu l-​flus u jħallas l-​ispejjeż legali. “Dan hu l-​ewwel każ li qatt rajt taʼ dan it-​tip.”

Luiz, li hu wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah, jispjega: “Il-​kuxjenza tiegħi mħarrġa fuq il-​Bibbja ma tħallinix inżomm dak li bi dritt m’huwiex tiegħi. Kelli bilfors nipprova nagħti l-​flus lura.”

Għal ħafna nies, din l-​attitudni hija stramba jew saħansitra ma jifhmuhiex. Iżda l-​Kelma t’Alla turi li huwa importanti ferm għall-​Kristjani veri li jżommu kuxjenza nadifa fir-​relazzjonijiet tagħhom maʼ l-​awtoritajiet sekulari. (Rumani 13:5) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma determinati li ‘jżommu kuxjenza safja u jġibu ruħhom sewwa f’kollox.’—Lhud 13:18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja