LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 6/1 p. 32
  • “Belagħhom”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Belagħhom”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 6/1 p. 32

“Belagħhom”

“Belagħhom l-​irdum, bħal ġebla niżlu fil-​qiegħ.”

B’DAN il-​kliem, Mosè u l-​Iżraelin iċċelebraw bil-​kant il-​ħelsien tagħhom meta għaddew mill-​Baħar l-​Aħmar u l-​qerda taʼ l-​għadu Eġizzjan, il-​Fargħun u l-​qawwiet militari tiegħu, li kien qed jiġri warajhom.—Eżodu 15:​4, 5.

It-tagħlima kienet ċara għal kulmin ra din il-​ġrajja taʼ l-​għaġeb. Ħadd ma jistaʼ jisfida jew jirreżisti l-​awtorità taʼ Jehovah u jibqaʼ ħaj. Madankollu, wara biss ftit xhur, xi Iżraelin prominenti—Koraħ, Datan, Abiram, u 250 oħra li appoġġawhom—sfidaw pubblikament l-​awtorità li Alla ta lil Mosè u ’l Aron.—Numri 16:​1-3.

Bid-direzzjoni taʼ Jehovah, Mosè wissa lill-​Iżraelin biex jitbiegħdu mit-​tined tar-​ribelli. Datan u Abiram, bil-​membri tal-​familja tagħhom maġenbhom, baqgħu jwebbsu rashom b’mod diżubbidjenti. Mosè mbagħad ħabbar li bil-​mod Tiegħu, Jehovah kien se juri biċ-​ċar lin-​nies li dawn l-​irġiel kienu maqdru lill-​Mulej. F’dak il-​waqt, Jehovah fetaħ l-​art taʼ taħthom. “U niżlu ħajjin huma u kull ma kellhom f’qiegħ l-​art, ngħalqet l-​art fuqhom.” U xi ngħidu għal Koraħ u r-​ribelli l-​oħra? “Ħareġ nar mingħand il-​Mulej u qered il-​mitejn u ħamsin raġel li kienu offrew l-​inċens.”—Numri 16:​23-35; 26:10.

Il-Fargħun u l-​qawwiet tiegħu, kif ukoll dawk li rribellaw fid-​deżert, kollha mietu għaliex m’għarfux l-​awtorità taʼ Jehovah u l-​interess li juri fl-​affarijiet tal-​poplu tiegħu. Għalhekk, huwa urġenti li dawk kollha li jaraw il-​protezzjoni taʼ Jehovah f’dawn iż-​żminijiet diffiċli jitgħallmu u jobdu lil Jehovah bħala l-​iktar “Għoli” u ‘Dak li jistaʼ kollox.’ Jekk jagħmlu hekk, jistgħu jqawwu qalbhom bil-​kliem rassiguranti taʼ Jehovah: “Elf ruħ jaqgħu maġenbek, u għaxart elef fuq lemintek. Imma lejk id-​deni ma jersaqx, għax tarka u kurazza l-​fedeltà tiegħu. Int dan tarah biss b’għajnejk, tara l-​ħlas li jieħdu l-​ħżiena. Għax int għandek il-​Mulej kenn tiegħek, għamilt l-​Għoli għamara tiegħek.”—Salm 91:​1, 7-9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja