LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 9/1 p. 32
  • “Aħfru lil Xulxin”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Aħfru lil Xulxin”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 9/1 p. 32

“Aħfru lil Xulxin”

TEMMEN li Alla ħafirlek dnubietek? Milli jidher, ħafna nies adulti fl-​Istati Uniti hekk jemmnu. Dr. Loren Toussaint, l-​awtur prinċipali taʼ studju li sar mill-​Istitut taʼ l-​Università taʼ Michigan għar-​Riċerka Soċjali, jirrapporta li minn 1,423 Amerikan li ġew mistħarrġa, madwar 80 fil-​mija taʼ l-​adulti ’l fuq minn 45 sena qalu li Alla ħafrilhom id-​dnubiet li għamlu.

Interessanti huwa l-​fatt li 57 fil-​mija biss taʼ dawk li ġew intervistati qalu li ħafru lil oħrajn. Din l-​istatistika tfakkarna fil-​kliem taʼ Ġesù fil-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja: “Jekk intom taħfru lill-​bnedmin il-​ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-​smewwiet jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk intom ma taħfrux lill-​bnedmin il-​ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-​ħtijiet tagħkom.” (Mattew 6:​14, 15) Iva, il-​maħfra t’Alla għal dnubietna tiddependi minn kemm aħna lesti li naħfru lil oħrajn.

L-appostlu Pawlu fakkar lill-​Kristjani f’Kolossi f’dan il-​prinċipju. Hu ħeġġiġhom: “Stabru b’xulxin, u, jekk xi ħadd minnkom ikollu xi jgħid maʼ ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-​Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll.” (Kolossin 3:​13) Veru, dan m’huwiex dejjem faċli biex tagħmlu. Per eżempju, meta tkun int dak li qed jiffaċċja xi kliem iebes jew bla ħsieb, jistaʼ jkun diffiċli għalik li taħfer.

Xorta waħda, il-​benefiċċji tal-​maħfra huma ħafna. Dr. David R. Williams, soċjologu, qal dwar l-​istudju taʼ riċerka li għamel: “Aħna sibna relazzjoni partikolarment qawwija bejn il-​maħfra lil oħrajn u s-​saħħa mentali fost l-​Amerikani taʼ età medja u ixjeħ.” Dan huwa fi qbil mal-​kliem taʼ Salamun, li xi 3,000 sena ilu kiteb: “Qalb kalma ħajjet il-​ġisem.” (Proverbji 14:​30, KŻ) Ladarba spirtu taʼ maħfra jippromwovi relazzjonijiet tajbin m’Alla u mal-​ġirien tagħna, għandna raġuni valida għalxiex inkunu lesti li naħfru lil xulxin mill-​qalb.​—Mattew 18:35.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja