LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 1/1 p. 32
  • “Għandek Raġun, il-Ħajja Tassew Sabiħa!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Għandek Raġun, il-Ħajja Tassew Sabiħa!”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 1/1 p. 32

“Għandek Raġun, il-​Ħajja Tassew Sabiħa!”

TIXTIEQ tkun taf xi tfisser verament il-​ħajja? Magdalena, li għandha tmintax-il sena, hija Xhud taʼ Jehovah minn Szczecin fil-​Polonja u tattendi skola sekondarja. Hemmhekk għenet lil seħbitha tal-​klassi Katarzyna biex issir taf propju t-​tweġiba għat-​tifsir tal-​ħajja. Katarzyna kienet atea konvinta, iżda meta Magdalena kellmitha dwar il-​Bibbja, hi wriet interess ġenwin.

Għalkemm Katarzyna ħadet gost b’dak li Magdalena wrietha mill-​Bibbja, hi ma setgħetx taċċettah għalkollox. Hekk kif bdiet titkellem maʼ Magdalena dwar il-​ħbieb veri, Katarzyna darba qalet: “Intom għandkom il-​Bibbja; tafu liema prinċipji għandkom issegwu u fejn għandkom tfittxu l-​ħbieb. Imma xi ngħidu għal dawk li, għallinqas għalissa, ma jistgħux jaċċettaw dawn il-​prinċipji?”

Bidla importanti seħħet meta Katarzyna vvjaġġat lejn Londra, fl-​Ingilterra. Hi żaret l-​uffiċċju tal-​fergħa li għandhom hemmhekk ix-​Xhieda taʼ Jehovah, u ġiet imqanqla mill-​qalb tajba li wrew magħha. Tqanqlet minn azzjonijiet sempliċi bħal li jiftħulha l-​bieb u li juru interess ġenwin f’dak li tgħid.

Meta bdiet sena skolastika ġdida f’Settembru taʼ l-​2001, Katarzyna ddeċidiet li taċċetta studju tal-​Bibbja fuq bażi regulari. Hi qed iżżid l-​apprezzament tagħha għall-​prinċipji tal-​Bibbja u bdiet tapplikahom fil-​ħajja tagħha taʼ kuljum. Dan l-​aħħar hi fetħet qalbha maʼ Magdalena u qaltilha: “Inħossni qisni se nibda ħajti mill-​ġdid.” Ukoll, hi bagħtitilha dan il-​messaġġ qasir bit-​telefon ċellulari: “Grazzi ħafna għall-​istudju taʼ llum! Għandek raġun, il-​ħajja tassew sabiħa! Hija xi ħaġa meraviljuża li nafu lil min għandna nirringrazzjaw taʼ dan.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja