LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 1/15 p. 21
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Iżżommhom il-wegħdi tiegħek?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Obdi lil Alla u Bbenefika mill-Wegħdi li Ħalef li Jwettaq
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • “Huwa Impossibbli għal Alla li Jigdeb”
    Għannu Tifħir lil Jehovah
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 1/15 p. 21

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Huwa fi qbil mal-​prinċipji Skritturali li Kristjan ipoġġi idu fuq il-​Bibbja u jaħlef li jgħid il-​verità kollha fil-​qorti?

Din hija deċiżjoni li kull individwu għandu jieħu personalment. (Galatin 6:5) Madankollu, fil-​Bibbja ma nsibu l-​ebda oġġezzjoni dwar li wieħed jieħu ġurament biex jgħid il-​verità kollha fil-​qorti.

Il-ġurament huwa proċedura popolari li ilha ssir għal ħafna snin. Per eżempju, fi żmien il-​qedem, il-​Griegi kienu jgħollu id waħda lejn is-​sema jew kienu jmissu xi artal waqt li jaħilfu. Meta xi Ruman kien jieħu ġurament, kien iżomm ġebla f’idu waqt li jaħlef: “Jekk jien inqarraq apposta, waqt li hu jsalva l-​belt u ċ-​ċittadella, ħalli [l-alla] Ġove jwarrab minni kulma hu taʼ ġid għalija, bħalma se nagħmel jien lil din il-​ġebla.”—Cyclopedia of Biblical, Theological, and Ecclesiastical Literature, minn John McClintock u James Strong, Volum VII, paġna 260.

Dawn l-​azzjonijiet kienu jindikaw it-​tendenza tal-​bniedem biex jirrikonoxxi l-​eżistenza taʼ qawwa divina li kapaċi tosserva lill-​bnedmin u li lilha jridu jagħtu kont. Minn żmien il-​qedem, l-​aduraturi veri taʼ Jehovah irrealizzaw li hu kien jaf x’kienu qed jgħidu u jagħmlu. (Proverbji 5:21; 15:3) Huma kienu jieħdu ġuramenti bħallikieku kienu fil-​preżenza t’Alla, jew inkella bħallikieku hu kien qed jara x’qed jiġri. Per eżempju, Bogħaż, David, Salamun, u Sedekija hekk għamlu. (Rut 3:​13, KŻ; 2 Samwel 3:35; 1 Slaten 2:​23, 24; Ġeremija 38:16) Anki xi aduraturi taʼ dak Alla veru ħallew li oħrajn iġagħluhom jieħdu ġurament. Dan ġara fil-​każ t’Abraham u taʼ Ġesù Kristu.​—Ġenesi 21:​22-​24; Mattew 26:​63, 64.

Min kien jieħu ġurament quddiem Jehovah ġieli kien jagħmel xi ġest waqt il-​ħalfa. Abram (Abraham) qal lis-​sultan taʼ Sodoma: “Ngħolli jdejja lejn il-​Mulej, El-għeljon, li għamel is-​sema u l-​art.” (Ġenesi 14:22) Anġlu li kien qed ikellem lill-​profeta Danjel ‘rafaʼ idu l-​leminija u idu x-​xellugija lejn is-​smewwiet, u semgħu jaħlef b’Dak li hu Ħaj għal dejjem.’ (Danjel 12:7) Saħansitra l-​Bibbja tirreferi għal Alla bħala li qed jgħolli idu biex jieħu ġurament.—Dewteronomju 32:40; Isaija 62:8.

M’hemm l-​ebda oġġezzjoni Skritturali dwar li wieħed jieħu ġurament. Madankollu, Kristjan m’għandux għalfejn jieħu ġurament għal kull ħaġa li jgħid. Ġesù qal: “Ħa jkun id-​diskors tagħkom, ‘Iva, iva’, ‘Le, le.’” (Mattew 5:​33-37, korsiv tagħna.) Id-​dixxiplu Ġakbu għamel stqarrija simili. Meta qal “la taħilfux,” hu kien qed iwissi kontra li wieħed jaħlef għal kull ħaġa taʼ xejn. (Ġakbu 5:12) La Ġesù u lanqas Ġakbu ma qalu li hu ħażin li wieħed jieħu ġurament fil-​qorti biex jgħid il-​verità.

Iżda xi ngħidu jekk Kristjan jintalab jaħlef fil-​qorti li x-​xiehda tiegħu hija vera? Forsi jħoss li jistaʼ jieħu ġurament bħal dan. Inkella, jistaʼ jingħata l-​permess biex jagħmel dikjarazzjoni solenni li mhux qed jigdeb.—Galatin 1:20.

Meta l-​proċedura tal-​qorti titlob li individwu jgħolli idu jew ipoġġiha fuq il-​Bibbja meta jaħlef, Kristjan jistaʼ jaċċetta li jagħmel dan. Għandu mnejn li f’moħħu jkollu l-​eżempji skritturali taʼ wħud li meta ħadu ġurament għamlu xi ġest. Għall-​Kristjan, huwa iktar importanti li jiftakar li qed jaħlef quddiem Alla biex jgħid il-​verità milli l-​ġest li forsi jkollu jagħmel. Ġurament bħal dan huwa xi ħaġa serja. Jekk Kristjan iħoss li jistaʼ jwieġeb mistoqsija li tkun saritlu f’ċirkustanzi bħal dawn, allura għandu jżomm f’moħħu li hu qiegħed taħt ġurament biex jgħid il-​verità—li ovvjament, hi xi ħaġa li l-​Kristjan għandu dejjem jgħid.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja