Agħżel il-Ħajja Eterna
FIL-PASSAT, ħafna nies ma kellhomx daqstant għażliet bħalma għandna llum. Per eżempju, l-ilbies li nilbsu, l-ikel li nieklu, u fejn naħdmu u ngħixu huma spiss xi ħaġa li nagħżluha aħna. F’ħafna partijiet tad-dinja, issa anki li tagħżel lil xi ħadd biex tiżżewweġ saret id-drawwa tas-soltu. Madankollu, il-Bibbja tippreżenta għażla li hija ħafna iktar importanti minn kwalunkwe għażla oħra—waħda li l-bnedmin kollha jistgħu jagħmlu.
Il-Bibbja tgħid: “Min iżomm mas-sewwa jkollu l-ħajja, imma min jimxi bil-ħażen jimxi lejn il-mewt.” (Proverbji 11:19) U Ġesù qal: “Din hi l-ħajja taʼ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.”—Ġwann 17:3.
Iva, il-Ħallieq tagħna fetħilna l-opportunità biex nagħżlu t-triq li twassalna għall-ħajja taʼ dejjem! Xi rridu nagħmlu biex niksbu l-ħajja eterna?
Skond il-Bibbja, “triq is-sewwa twassal għall-ħajja.” (Proverbji 12:28) Aħna nistgħu nkunu fost dawk il-ġusti li jinsabu fit-triq li tagħti għall-ħajja taʼ dejjem. Kif? Billi nkunu ċerti li ħajjitna tkun fi qbil mar-rieda u l-kmandamenti t’Alla. (Mattew 7:13, 14) B’hekk, jalla nieħdu d-deċiżjoni t-tajba u nirċievu r-rigal taʼ ħajja taʼ dejjem mingħand Alla.—Rumani 6:23.