LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 8/15 p. 32
  • Kif Alla Jħares Lejn il-Mejtin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Alla Jħares Lejn il-Mejtin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 8/15 p. 32

Kif Alla Jħares Lejn il-​Mejtin

IL-​MEWT taʼ xi ħadd għażiż hija verament taʼ niket. Il-​vojt li tħoss, is-​solitudni, u s-​sens taʼ telfa tant huma kbar li ma tistax tispjegahom. It-​telfa taʼ xi ħadd maħbub tistaʼ ġġiegħel individwu jħossu bla saħħa, għax minkejja l-​għana, is-​setgħa, jew l-​influwenza li individwu jistaʼ jkollu, ħadd fid-​dinja ma jistaʼ jerġaʼ jagħti l-​ħajja lil xi ħadd li jkun miet.

Madankollu, il-​Ħallieq tagħna jara l-​affarijiet b’mod differenti. Ladarba fforma l-​ewwel bniedem mit-​trab taʼ l-​art, hu jistaʼ jerġaʼ joħloq lill-​individwu li jkun miet. Għalhekk, Alla jistaʼ jqis lil dawk li jkunu mietu bħala li għadhom ħajjin. Rigward qaddejja leali tal-​qedem li mietu, Ġesù qal: “Għalih [għal Alla] kulħadd jgħix.”—Luqa 20:38.

Waqt li kien fuq l-​art, Ġesù ngħata l-​qawwa li jqajjem lill-​mejtin. (Ġwanni 5:21) Għalhekk, hu jqis lil dawk li mietu lealment bl-​istess mod kif iqishom Jehovah. Per eżempju, meta miet il-​ħabib tiegħu Lazzru, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Ħa mmur u nqajjmu.” (Ġwanni 11:11) Mill-​ħarsa tal-​bniedem, Lazzru kien mejjet, imma għal Jehovah u Ġesù, Lazzru kien rieqed.

Taħt il-​ħakma tas-​Saltna taʼ Ġesù, “kemm it-​tajbin u kemm il-​ħżiena għad iqumu minn bejn l-​imwiet.” (Atti 24:15) Maż-​żmien, dawk li jkunu ġew irxoxtati se jirċievu edukazzjoni divina u jkollhom il-​prospett li jgħixu għal dejjem fuq l-​art.—Ġwanni 5:​28, 29.

Iva, il-​mewt taʼ xi ħadd maħbub tistaʼ tikkaġuna ħafna niket u għali, u dawn għandhom mnejn jibqgħu jinħassu għal snin twal. Minkejja dan, jekk inqisu lill-​mejtin bl-​istess mod kif jarahom Jehovah jistaʼ jkollna faraġ kbir u nimtlew bit-​tama.—2 Korintin 1:​3, 4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja